Saturday, August 13, 2016

Il-komunità ta' tfal Etjopjani adottati destinata li ma tikbirx

F'pajjiżna hawn komunità ta' tfal Etjopjani li hi ta' madwar tmenin. Tfal li ġew adottati minn ġenituri Maltin minn orfanatrofju mmexxi minn sorijiet Maltin. Tfal li bejniethom jiltaqgħu diversi drabi matul is-sena f'attivitajiet li jiġu organizzati għalihom. 
    Kien tliet snin ilu meta saret l-aħħar adozzjonijiet mill-Etjopja, wara ħafna diffikultajiet peress li l-awtoritajiet Etjopjani ma ridux jibagħtu aktar tfal lejn Malta jekk pajjiżna ma jkollux ambaxxata.

    Quddiem dan, kienet għaddejja ħidma diplomatika biex din il-kobba tinħall. Il-kwistjoni ġiet trattata iżda baqa' ma kien hemm ebda żblokk biex issa jidher li ftit li xejn hemm tama li jkun hemm adozzjoni ta' tfal mill-Etjopja sakemm ma tinfetaħx ambaxxata.

    Staqsejna dwar dan lill-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali, Michael Farrugia, waqt konferenza stampa li hu għamel dwar l-adozzjonijiet ta' tfal barra l-pajjiż. Hu qalilna li kien hemm proposta biex Malta tuża l-ambaxxata tar-Repubblika tal-Irlanda fl-Etjopa biex titħejja d-dokumentazzjoni li hemm bżonn. Madankollu l-awtoritajiet Etjopjani baqgħu jinsistu li ma jibagħtux tfal lejn pajjiżi li m'għandhomx ambaxxata.

    Min-naħa tagħha Carmen Buttigieg, li hi d-Direttur tal-Awtorità dwar l-Adozzjonijiet, ikkummentat li, "Apparti dan nippreferu li nikkorrispondu ma' pajjiżi li jkunu firmatarji tal-Konvenzjoni ta' The Hague u dan għax b'hekk inkunu nafu ma' min qed nittrattaw f'dak il-pajjiż partikolari f'każ li tinqala' xi diffikultà."

 

1 Comments:

At August 13, 2016 at 2:49 PM , Blogger RITA FARRUGIA said...

hassra li ma ghadux ikun hemm izjed ta addozzjonijiet mill ethiopia .. minn istitut immexxi mill istess sorijiet frangiskani maltin .. ghandom jergu jikkunsidraw li jifthu l addozzjonijiet minn hemm ... ghalija qed jghamlu zball ... min jikkmanda jghamel il ligi ...

 

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home