Saturday, August 13, 2016


Jissuġġerixxi li jitwaqqaf l-aċċess għal sit onlajn li jġib il-pillola kontraċettiva ta' emerġenza

Sit onlajn li joffri servizz biex iġiblek f'Malta l-pillola kontraċettiva ta' emerġenza, xi ħaġa li sa issa f'Malta ma tistax tixtriha, qed ikun suġġerit li għandu jiġi mwaqqaf milli jkun hemm aċċess għalih minn Malta. Qed jissuġġerixxi dan il-patri Dumnikan, Aaron Zahra.
    B'referenza għas-sit 'morningafterpillmalta.com', Fr Zahra kiteb fuq Facebook li, "Dan is-sit qiegħed joffri s-servizz speċifikament għall-Maltin biex wiehed jixtri l-MAP. Fl-opinjoni tiegħi dan is-sit għandu jiġi "banned" milli wieħed jaċċessa għalih minn ġewwa pajjiżna. Dan minħabba dawn il-fatturi: Dan is-sit huwa irresponsabbli biex ibigħ din il-mediċina abortiva fuq l-internet, minkejja li toffri anke servizz ta' konsultazzjoni ma' tabib mir-Renju Unit fuq l-internet."
    "Il-MAP hija illegali gewwa pajjizna. Filwaqt li l-istess sit jinfurmak li hija illegali ġewwa Malta, min-naħa l-oħra jassigura lill-konsumatur li hemm sigurtà u privatezza sħiħa minhabba l-mod kif jigi ppakkjat il-prodott. Jghidlek ukoll li l-prodott jista' jigi mwaqqaf mid-dwana ta' Malta."
    "Is-sit joffri wkoll żewġ tipi ta' MAP, li waħda minnhom (levonelle) hija abortiva iktar mill-oħra," temm jgħid Fr Zahra.

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home