"Inħoss ħtija għal dawk li mietu"
- Mohammed Metwaly
Kien wieħed minn dawk abbord dgħajsa li nqalbet ftit il-barra mill-kosta tal-Eġittu. Miegħu kellu lil matul u lit-tifel. Salva hu biss. Bi trawma kbira, hu tkellem ma' mezzi tal-midja barranin. Jiddikjara bla tlaqlieq li "inħoss ħtija għal dawk li mietu. Nixtieq inkun fejn marti u ibni. Inħossni responsabbli". Mohammed Metwaly meta tkellem għal ftit ħin mal-ġurnalisti qal li "ma nafx fejn huma l-mara u t-tfal. Jjen bqajt ħaj. Nixtieq għadni magħhom". Jgħid li "irriskjajt ħajti mal-mara u mat-tifel għal ħajja aħjar. Ma stajtx nibqa' ngħix fl-Eġittu". Xi wħud minn dawk salvati spjegat li oriġinarjament kienu madwar 200 persuna lesti biex jagħmlu l-vjaġġ iżda ġew infurmati jistennew għax kienu se jġibu aktar persuni. B''kollox inġabu aktar minn 200 persuna oħra. L-immigranti spjegaw kif id-dgħajsa bdiet tixxengel u f'daqqa waħda nqalbet. Dawk li waqgħu fl-ilma ma setgħux jitilgħu."
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home