Sal-Milied b'pożizzjoni dwar il-paga minima
Hekk kif fl-aħħar jiem ingħatat l-impressjoni li donnu d-diskussjoni fil-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) dwar il-paga minima miexja bil-mod ħafna, iċ-Ċermen tal-Kunsill, John Benċini f'kummenti lit-TORĊA iddikjara li dan mhu minnu xejn. Mhux biss għaddej eżerċizzju intensiv dwar il-paga minima imma anke hemm żmien iffissat sa meta għandha tkun magħrufa l-pożizzjoni tal-MCESD dwar is-suġġett. Fi kliem John Bencini, sa qabel i-Milied il-Gvern għandu jkollu l-pożizzjoni tal-MCESD. Ma naqasx li jirrimarka li ma jaħsibx li se jkun hemm unanimità.
Bencini qalilna li "wara li ġibna d-Direttur tal-Caritas, fid-diskussjoni ħareġ li kien hemnm konkluzjonjiet fuq faqar assolut. Tajjeb li sar dan imma din ma ttikx l-istampa kollha. Ħassejna li ma stajneix niddeċiedu fuq dak id-dokument waħdu. Ridna nieħdu stampa aktar ċara u qabbadna lil ekonomist Lino Briguglio dwar il-vantaġġi u żvantaġġi li tiżdied il-paga minima u lil ekonomista Gordon Cordina biex jagħeml rapport ieħor dwar il-faqar f'Malta. Dawn lestewhom fi żmien xahar u huma rapporti tajbin ħafna. Bgħatnihom lill-partijiet soċjali biex jifluhom. Il-Prim Ministru talabhom ukoll u għaddejnihom. Se jsiru core groups li jiddiskutuhom u l-konsulenti tagħna se jagħmlu rapport wieħed dwar il-pożizzjoni tal-MCESD. Naħseb li mhux se jkun hemm unanimità. Sa qabel il-Milied il-Gvern ikun jaf il-pożizzjoni fl-MCESD u mbagħad ikun il-Gvern li jiddeċiedi."
•
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home