Tuesday, May 12, 2015









 Sfreġju estetiku fuq il-kappella
ta' San Niklaw fiż-Żejtun



Il-kappella Barokka magħrufa bħala ta' San Niklaw fiż-Żejtun fl-aħħar jiem kienet fuq fomm ħafna Żwieten u persuni li għandhom għal qalbhom il-wirt storiku fiż-Żejtun. Dan hekk kif spiċċaw inħasdu meta raw parti mill-faċċata ta' din il-kappella miżbugħa b'kuluri li xejn ma jaqblu mal-istil ta' din il-kappella.

Minn mawra fuq il-post, wieħed seta' faċilment jara kemm tistona dik iż-żebgħa fuq il-faċċata ta' din il-kappella - li hi kappella privata. Fi kliem esperti tal-wirt storiku, meta kkummentaw ma' inewsmalta.com, "Dan mhu xejn għajr sfreġju estetiku. Nittamaw li l-awtoritajiet kompetenti jieħdu azzjoni immedjata, biex dak li sar jitneħħa minnufih."

Issa jidher li ttieħdet azzjoni u qed jingħad li sar żball u dan se jkun ikkoreġut. Il-kappella hi privata u x-xogħlijiet saru mill-privat.  Minn naħa tiegħu l-kunsill lokali waqt li ddikjara li din l-azzjoni se tkun koreġuta, qed jilmenta minn arblu li jinsab quddiem il-kappella u minkejja talbiet biex jitneħħa baqa' ma tneħħiex.

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home