Thursday, May 7, 2015











Siġar protetti maqtugħin u mirdumin

F'Malta għandna xejn inqas minn 34 sit li huma parti minn Natura 2000. Siti li b'kollox ilaħħqu għal kważi 14 fil-mija tat-territorju ta' Malta, u li l-iskop li għalih ġew dikjarati bħala siti ta' Natura 2000 hu biex jiġi protett l-ambjent naturali u  l-flora u l-fawna li tgħix fihom. Għalhekk azzjonijiet li permezz tagħhom ikun hemm tneħħija jew tqaċċit ta' flora u fawna f'dawn is-siti joħolqu kuntrast kbir. Għalhekk  li siġar protetti taż-Żnuber u tal-Għargħar - li hi s-siġra nazzjonali, f'żona ta' Natura 2000 jispiċċaw maħsudin minn wiċċ l-art, iqajjem ħafna mistoqsijiet anki dwar x'monitoraġġ qed isir fuq min qed imexxi dawn is-siti. Dawn is-siġar inħasdu minn wiċċ l-art f'żona li miftuħa għal pubbliku f'ħinijiet partikolari biss, liema żona tinsab f'Għajn Tuffieħa. Investigazzjoni ta' L-ORIZZONT, wasslet biex fis-sit f'Għajn Tuffieħa li jservi biex fih jitkabbru pjanti endemiċi Maltin - proġett li bla dubju ta' xejn hu wieħed importanti u ta' benefiċċju kbir għal ambjent naturali, sibna li kien hemm xejn minn erba' siġar li spiċċaw tqaċċtu minn wiċċ l-art.  Tnejn minn dawn is-siġar, tqaċċtu minn wiċċ l-art ftit tax-xhur ilu biss.  Dawn kienu siġar taż-Żnuber.  Mill-investigazzjoni tagħna, rajna li kien hemm ukoll żewġ siġriet tal-Għargħar - li hi s-siġra nazzjonali li tqaċċtu.
Sorsi li tkellmu ma' L-ORIZZONT, qalulna li "ninsabu diżgustati għall-aħħar kif minn dan is-sit tqaċċtu dawn l-erba' siġriet. Tnejn minnhom tqaċċtu fl-aħħar xhur, u ma jirriżultax li kien hemm sinjali ta' mard fuq l-istess siġar. Dawn kienu siġar taż-Żnuber li bħalhom għandhom diversi fit-toroq Maltin.  Dan hu sit li fih dawn it-tip ta' siġar m'għandhomx għalfejn jinqatgħu minn wiċċ l-art. Ma kienx il-każ li dawn kienu qrib siġar oħra, għax hemm id-distanza bejniethom. L-għeruq tagħhom għadhom ħajjin. Li tara li dawn is-siġar tqaċċtu f'sit li fih jitkabbru s-siġar endemiċi, iġġiblek għafsa ta' qalb.  Il-mistoqsija tiegħi hi jekk l-awtoritajiet qattx kienu infurmati li dawn is-siġar kienu se jinħasdu u jinqatgħu minn wiċċ l-art u jekk  sarux rapporti dwarhom u għaliex kienet se tittieħed dik l-azzjoni?".
L-istess sors qalilna ukoll li "jiddispjaċini ngħid li rajt ukoll siġra tal-ħarrub li kienet ġiet miżbura. Il-ħarrub tista' tiżbru, u biex dan tagħmel dan titlob permess.  Imma f'dan il-każ intalab permess?. Naħseb li wasal iż-żmien li l-awtoritajiet jaraw li jkun hemm aktar sorveljanza ta' xi jkun qed jiġri f'dawn is-siti".
Nistaqsu fuq l-erba' siġriet imqaċċtin… "jgħidulna ma nxandrux allegazzjonijiet"
Is-sit inkwistjoni li fihom tqaċċtu dawn l-erba' siġriet li L-ORIZZONT ra bgħajnejh stess il-mod kif baqa' biċċiet miż-żkuk tagħhom fl-art u għandna anki ritratti tagħhom kollha, hu mmexxi mill-Fondazzjoni GAIA. L-ORIZZONT għamel kuntatt mal-GAIA u staqsejnihom fuq il-qtugħ ta' dawn is-siġar. Minkejja li staqsejnihom b'mod speċifiku fuq dawn l-erba' siġriet u jekk iħossux li qed jagħtu messaġġ ħażin, huma qalulna ma nxandrux allegazzjonijiet foloz.
Il-mistoqsijiet tagħna kienu dawn:  "waslulna diversi ilmenti dwar qtugħ ta' siġar minn wiċċ l-art mill-Fondazzjoni Gaia f'Għajn Tuffieħa. L-ilmenti jgħidu li tqaċċtu żewġ siġriet tal-Għargħar li hi s-siġra nazzjonali u żewg siġriet taż-Żnuber.
X'inhuma l-kummenti taghkom dwar dan?  Għaliex tqaċċtu dawn is-siġar? Ma jidhrilkomx li dan hu messaġġ ħażin li organizazzjoni li suppost taħdem favur l-ambjent, hi stess tneħħi s-siġar protetti mill-post tagħha? Tlabtu permess għal qtugħ ta' dawn is-siġar protetti?".
Il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni GAIA, Rudolf Ragonesi wieġeb għal dan id-domandi u qalilna li "l-allegazzjonijiet li inti aċċennajt għalihom huma foloz u libellużi, u parti minn strateġija insidjuża sabiex titfarrak ir-reputazzjoni tajba tal-Fondazzjoni li tiffoka tant fuq is-siġar fil-gżejjer Maltin, u dan kollu għax ħadna pożizzjoni kontra l-kaċċa fir-rebbiegħa. Din ir-reputazzjoni tajba ilha tikber minn mindu il-proġett ta' Għajn Tuffieħa ġie imniedi mill-Ministru tal-Ambjent George Vella fl-1996. F'20 sena din ir-reputazzjoni qatt ma ġiet sfidata qabel, minn ebda amministrazzjoni jew sezzjoni tal-pubbliku".
Hu sostna li "bħala parti mill-pjan tal-immaniġġjar ta' Għajn Tuffieħa, il-Fondazzjoni tieħu ħsieb li tiżbor is-siġar, kif jagħmlu l-entitajjiet kollha li jieħdu ħsieb is-siġar. Mingħajr żabra, is-siġar stess ibatu, aktar u aktar jekk ikunu viċin xulxin, u ħafna drabi siġra waħda li tkun aktar b'saħħitha u matura tkun qed toqtol jew taffetwa b'mod negattiv, is-siġar ta' madwarha. Il-Fondazzjoni tiżbor is-siġar bil-permess li jinħareġ mill-Mepa. In-nuqqas ta' żabra jista' anke jwassal sabiex jimirdu s-siġar, speċjalment meta ikunu f'xulxin u jbatu minn nuqqas ta' arja friska u dawl suffiċjenti. F'każ ta' mard, li huwa prevalenti ħafna fil-gżejjer tagħna, bħal ngħidu aħna fil-każ tas-siġar tat-tin, tat-tut, tal-palm u tal-ħarrub, irid ikun hemm attenzjoni speċjali biex ma jkomplix jixxerred il-mard".
Rudolf Ragones enfasizza li "ta' min iżid illi s-siġar kollha ħlief wahda, u ħlief il-qasab, li jinsabu fiċ-ċentru tal-Gaia, Għajn Tuffieħa, tħawlu kollha mill-Fondazzjoni stess bejn 10 u 15 il-sena ilu. Jekk taraw ir-ritratti ta' 20 sena ilu, taraw illi il-post kien miżbla mingħajr siġar, u kien impjant tad-drenaġġ imwarrab. Għalhekk ma nistgħux nifhmu kif wieħed jista' jasal għall-konklużjoni illi m'aħniex qegħdin nieħdu ħsieb dawn is-siġar li ħawwilna aħna stess, u li jinżabru bil-permess meħtieġ, kif ingħad. Il-post illum inbidel minn impjant tad-drenaġġ għal ġawhra ta' ġnien. Nispera illi ċċarajna il-pożizzjoni tagħna, kif diga' kellna okkażjoni niċċaraw fi stqarrija tagħna 3 ġimgħat ilu, u li ma jixxandru ebda allegazzjonijiet foloz u libellużi fil-konfront tal-Fondazzjoni Gaia, li qed tagħmel sagrifiċċji kbar sabiex l-ambjent ta' dan il-pajjiż, jiġi protett. Għandna kull fiduċja illi intkom qed tapprezzaw ix-xogħol siewi fuq manteniment ta' siġar li qegħdin nagħmlu, kif japprezzaw in-nies kollha ta' rieda tajba li jżuru l-art ta' Għajn Tuffieħa".
"Is-siġra mietet snin ilu"
Wara li rċevejna dik ir-risposta L-ORIZZONT bagħat wieħed mill-erba' ritratt li juru l-erba' siġriet imqaċċtin, lil Fondazzjoni GAIA u tlabniehom jikkummentaw dwaru.
Għal dan ir-ritratt, Rudolf Ragonesi qalilna li "z-zokk li jidher fir-ritratt mehmuż fl-email tieghek huwa ta' siġra li kienet mietet ħafna snin ilu u għalhekk kienet tneħħiet. Jidhirli li kienet siġra taż-Żnuber, iżda qed noqgħod fuq il-memorja, peresss illi dan seħħ ħafna snin ilu. Nixtieq nistieden il-gazzetta tiegħek sabiex tibghat reporter li jista' jiltaqa' miegħi u jara sew iċ-ċentru tagħna, u l-marki taż-żabar tas-siġar, kif ukoll taz-zokk indikat fir-ritratt, sabiex jieħu stampa ċara tal-pożizzjoni kollha".  Minn L-ORIZZONT

8 Comments:

At March 5, 2020 at 1:00 AM , Blogger qasisaew said...

Dr.Fone Registration code

 
At April 17, 2021 at 4:07 AM , Blogger freeprokeys said...


nch-photopad-image-editor-pro-crack is a comprehensive software that allows you to edit your photo in any format. The PhotoPad Image Editor software has a simple and easy-to-use graphical interface that allows you to work directly on your photos
freeprokeys

 
At June 2, 2021 at 4:26 AM , Blogger haris said...

https://harithachintha.blogspot.com/2015/01/blog-post_26.html

 
At November 5, 2021 at 2:18 PM , Blogger Talhapc.com And Crackedithare said...

Its a Very Great and Amazing Blog Dear This is Very Great and Helpful..
Talha PC
Crackedithere
advanced systemcare pro crack
ammyy admin crack

 
At February 11, 2022 at 3:38 AM , Blogger newcrackkey said...

DVDFab Passkey Crack The clients get 100% unique Microsoft permit that can be actuated straightforwardly on the authority Microsoft site. Besides, it offers a lifetime permit which demonstrates that it doesn't offer a membership administration and doesn't expect one to recharge it time for an expense.

 
At April 13, 2022 at 1:39 PM , Blogger Punjabians said...

Here at Karanpccrack, you will get all your favourite software. Our site has a collection of useful software. That will help for your, Visite here and get all your favourite and useful software free.
karanpccrack
Winstep Nexus Ultimate Crack

 
At August 19, 2022 at 6:01 PM , Blogger freecrackkey said...

https://leaveamark1.blogspot.com/2015/05/sigar-protetti-maqtugin-u-mirdumin.html?showComment=1541380326603#c8526908886751494646

 
At July 9, 2025 at 8:00 AM , Blogger ArslanKhan said...

ImToo iPhone Transfer Platinum Crack is a strong fresh application creation in place of controlling cell phone quantity on iPhone. You know that, Apple proposals iTunes implements to control, holdup also move facts among iPhone to PC
ImTOO iPhone Transfer Platinum Crack

 

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home