Wednesday, May 6, 2015

'Il-każ t'Għawdex għadu tfigħ ta' tajn?' Simon Busuttil jevita li jwieġeb


Kien biss ftit jiem qabel intemmet il-kampanja elettorali marbuta mal-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, meta l-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil kien irrefera għal dak li kien qed jingħad dwar l-allegazzjonijiet fil-każ ta' xogħlijiet fil-privat imħallsin minn fondi pubbliċi, bħala tfigħ ta' tajn.  Fost l-attivitajiet li l-Kap Nazzjonalista iddikjara dan kien hemm attività politika li kienet saret fin-Nadur.   Dak inhar kien qal li "min jitfa' t-tajn għandu jħares lejn idejh u jara li idejh stess hi maħmuġa".  Apparti dan Simon Busuttil kien ċaħad l-allegazzjonijiet ta’ Muscat u appella lill-Prim Ministru biex jassumi r-responsabbiltajiet tiegħu, iwettaq xogħlu u ma jibqax jagħmilha ta' ġurnalist ta’ Super One.
Quddiem dan, L-ORIZZONT staqsa lil Kap Nazzjonalista Simon Busuttil jekk iħossx li kien żbaljat meta għal diversi drabi iddeskriva dan il-każ ta' Għawdex bħala tfiegħ ta' tajn.
Simon Busuttil għażel li jevita id-domanda u waqt li m'għamel ebda riferenza għad-dikjarazzjonijiet ta' tfigħ ta' tajn li kien għamel, jekk għadux isostnihom u fuq kollox jekk iħossx li dakinhar kien żbaljat, qalilna biss li "l-każ spiċċa l-qorti. Fil-Qorti kulħadd għandu l-presunzjoni tal-innocenza. Inħalli f'idejn il-qorti. Għidt ukoll ripetutament li nikkummenta u nieħu azzjoni meta l-Pulizija tipproċedi".

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home