'Gift' hu l-isem li tat l-omm - tajnieha ilma biz-zokkor għax ma kellna xejn aktar - it-tabiba Sara Modde
It-tarbija li twieldet minn mara Niġerjana abbord bastimenta navali Taljan ftit minuti biss wara li ġiet salvata, ingħatat l-isem ta' 'Gift' minn ommha. Min-naħa tagħhom, l-isem tal-militar Taljan lit-tarbija kien 'Francesca Marina'. It-tabiba li għenet fil-ħlas, Sara Modde, meta tkellmet ma' Radju Vatikan, irrakkontat l-emozzjoni tagħha għal dan it-twelid."Hu l-miraklu tan-natura. Tal-ħajja. It-twelid sar b'mod normali. Il-problema kienet li l-omm kienet ma tiflaħx. It-twelid sar b'mod trankwill. Kelli emozzjoni kbira fuqi. Normalment l-emozzjoni inpoġġiha fil-ġenb biex nagħmel dak li hu meħtieġ. L-emozzjoni spikkat meta ħadna lil omm u lit-tarbija fi sptar f'Modica. L-aktar li morna l-isptar kien minħabba l-omm, għax it-tarbija kienet trankwilla.
It-tarbija tidħak kultant imma ma nistgħux inħalluha tieħu l-ħalib mis-sider tal-omm għax kienet fuq il-mediċini. Tajniha biss ftit ilma u zokkor. Kont emozzjonata meta ħadha f'idi u mbagħad mort u ħsiltha" sostniet Modde.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home