Omm f'battalja biex tieħu lil binha minn Malta lejn l-Iskozja
Janice Dunn bħalissa tinsab għaddejja b'battalja bl-għan li tieħu lil binha li jinsab f'Malta lejn l-Iskozja. Hi iżda fl-aħħar ftit jiem kienet iffaċċjata b'żewġ sentenzi mill-Qrati li permezz tagħhom kellha ġġib lil binha lejn Malta u issa f'deċiżjoni oħra tal-Qorti Maltija ġie deċiż li sakemm tkun deċiża l-kustodja dan għandu jibqa' jinżamm f'Malta.
Il-ġurnal Skoċċiż Daily Record xandar ritratt ta' Janice flimkien mat-tifel tagħha Frazer waqt li kienu f'lukanda f'Malta.
Ir-rapport jgħid li Janice li għandha 42 sena rritornat lejn Malta tliet xhur ilu u dan wara li l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja qalet li hi ħatfet lit-tifel minn Malta. Hi ħadet it-tifel minn Malta u marret bih f'Barrhead fejn tgħix, post li jinsab qrib Glasgow.
Ftit jiem ilu, il-Qorti Maltija ddeċidiet li Frazer għandu jibqa' f'Malta sakemm ikun deċiż il-każ tal-kustodja tat-tifel. It-tifel għandu missieru Malti.
Janice qajmet il-każ mal-awtoritajiet Skoċċiżi iżda dawn infurmawha li ftit li xejn jistgħu jgħinuha.
Meta tkellmet mad-Daily Record hi qalet li, "Din hi daqqa doppja, l-aktar issa li ġej l-Milied. Qed inħoss li ħadd mhu jara l-interessi ta' Frazer. Hu jrid ikun ma' familtu u ma' ħbiebu fl-Iskozja."
Janice Dunn kienet ilha tgħix f'Malta għal 15-il sena. Hi talbet lill-Qrati Maltin biex tieħu lit-tifel fl-Iskozja għall-Milied.
Minn L-ORIZZONT
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home