'Bint Fredrick Azzopardi tissemma' fil-Parlament'…
….'binti bagħat għaliha hu u bikkiha"
Fil-bidu tal-intervent tal-Ministru għal Għawdex Anton Refalo, dan qal li jħossu sbalordit b'kummenti li għamel id-Deputat Nazzjonalista Fredrick Azzopardi u qal li bint Fredrick Azzopardi kienet marret għandu u qaltlu bid-diżastru kbir li kienet miexja fiha l-Gozo Channel.
F'dan il-mument, id-Deputat Nazzjonalista Fredrick Azzopardi beda jgħajjat minn post u nstema jgħid li ma jixtieqx li bintu tissemma. Hu nstema' jgħid li "lil binti bagħat għaliha hu u bikkiha".
Il-Ministru Refalo qal li "huma żieda n-nollijiet tal-Gozo Channel tlett darbiet u aħna n-nollijiet raħħasnihom għax fix-xitwa qed inraħħsu u qed nagħmlu l-prezz tal-Maltin u l-barranin kważi l-istess bħal tal-Għawdxin. Żidna l-vjaġġi tal-Gozo Channel u neħħejna l-iskeda tax-xitwa. Mhux talli ma tlifniex €1.6 miljun iżda l-kumpanija qalgħet aktar minn €1 miljun. Issa jekk għal Fredrick Azzopardi din hi suċċess tal-Gvern Nazzjonalista ngħidlu għandu raġun u jibqa' jaħseb hekk, għalkemm jien ma naqbilx miegħu."
Tenna li "minn jinqabad jisraq mill-Gozo Channel, aħna se nibqgħu bil-politika li nitterminawlu l-impjieg".
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home