Tuesday, March 8, 2016







"Għadna qed nirsistu
li jitwaqqaf mużew li juri l-kisba tal-Ħelsien'
        - Yana Mintoff


Hekk kif kienu diversi dawk li fl-aħħar jiem ikkummentaw dwar il-fatt li partijiet mill-Għarix f'Delimara bdew jitwaqqgħu, it-tifla tal-Perit Dom Mintoff, Yana iddikjarat li għadha għaddejja l-insistenza biex finalment jitwaqqaf mużew li jkun iddedikat għall-kisba tal-Ħelsien.
Yana Mintoff, irreaġixxiet għal rapporti f'L-ORIZZONT dwar twaqqiegħ ta' partijiet mill-Għarix wara li dan inbiegħ.
Hi qaltilna li "l-ewwel nett, dan il-post tant għażiż għal missieri mill-ewwel ġie rovinat mal-binja tal-impjant tal-elettriku u ċumnija daqsiex eżatt quddiem l-għatba tal-għarix. It-tieni ħaġa hi li aħna bħalha familja naqblu fis-sħiħ li x-xogħol tal-Partit Laburista u l-mexxejja tiegħu iridu jkunu mfakkrin. Għalhekk matul l-aħħar seba’ snin aħna ltajna ma’ bosta kbarat fil-Gvern Nazzjonalista kif ukoll fil-Gvern Laburista anke mad-diretturi tal-Heritage Society biex inħeġġu l-waqfien tal-Mużew tal-Istorja tal-Poplu Malti u t-triq tiegħu lejn il-ħelsien u newtralità. Aħna offrejna l-affarjiet tagħna marbuta ma’ din l-istorja u anke avżajna lill-Gvern Laburista qabel ma' poġġejna l-Għarix għall-bejgħ. Għadna s’issa qegħdin nirsistu li dan il-mużew isir."
Enfasizzat li "l-iskop tal-waqfin tal-Mużew għandu jkun biex iqajjem aktar kuxjenza dwar l-istorja ta’ Malta tul dan l-aħħar 70 sena. Matul dawn is-snin, il-poplu Malti għadda minn bidliet sħaħ, saħħaħ, u ma baqax wieħed maħkum iżda sar wieħed ħieles. Tajjeb li uliedna japprezzaw dan u jiftakru minn xhiex għaddew missirijietna sabiex aħna ksibna l-identità tagħna."
Kompliet tgħid li "missieri kien dejjem jgħid li għalih l-istatwi jew mużewijiet mhumiex importanti daqs il-ħidma soċjalista biex kulħadd ikollu d-dritt għall-ħajja diċenti, bix-xogħol tajjeb, akkomodazzjoni suret in-nies u edukazzjoni ta’ kwalità tajba għal kulħadd.  Li għandna naħdmu kuljum għall-ugwaljanza u għall-paċi u nħobbu u ngħożżu lill-ġirien tagħna, lil pajjiżna u r-reġjun ta’ madwarna tal-Mediterran."


0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home