protesta minn migrant kontra vjolenza fuq migranti |
'Falliment tal-UE biex tibgħat lura l-immigranti' - Il-Ministru Carmelo Abela
Waqt li fl-aħħar jiem il-kwistjoni fejn immigranti fuq il-fruntieri kompliet tiġi kkaratterizzata minn tensjoni sħiħa, b’mod partikolari f’Calais u f’Idomeni, fejn anke ma naqasx l-użu tal-gass tad-dmugħ u vjolenza oħra fuqhom, inewsmalta.com staqsa għar-reazzjoni tal-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela dwar dak li qed jiġri. Huwa qalilna li dawn il-kwistjonijiet inqalgħu għax l-Unjoni Ewropea (UE) qed tfalli milli tibgħat lura immigranti li ma jkunux ikkwalifikaw għall-protezzjoni. Il-Ministru Abela qal li dan fis-sens li jkun hemm persuni li ma kkwalifikawx għal protezzjoni u dawn jispiċċaw isibu postijiet jew ghettos bħala kenn.Żied jgħid li l-UE mhux qed jirnexxielha biżżejjed tikkontrolla l-kwistjoni tal-immigrazzjoni, hekk kif l-influss tal-immigranti għadu għaddej minn rotot differenti. “Irridu naraw kif dan l-influss ta’ immigranti jonqos minn pajjiżi tal-oriġini u anke minn pajjiżi ta’ tranżitu.”
Tenna li sa issa l-UE għad m’għandhiex politika komuni fuq l-immigrazzjoni, “u dan biex nikkontrollaw kemm jista’ jkun l-influss tal-immigranti u biex jintbagħtu lura immigranti li ma jikkwalifikawx għall-protezzjoni.”
Enfasizza wkoll li, “meta xi ħadd jikkwalifika għall-protezzjoni, wieħed irid iħares li jiggarantixxi mhux biss il-post fejn joqgħod iżda anke d-drittijiet tiegħu bħala refuġjat, jew xi tip ta’ protezzjoni oħra li tiġi deċiża.”
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home