Is-Sallur...skopert li mhumiex 'maqbudin' fil-Mediterran
Kienet meqjusa bħala xi ħaġa fattwali fost esperti marittimi li
s-Sallur fil-Mediterran hu maqbud f'dan il-baħar. B'maqbud xi esperti
kienu qed jifhmu li dan ma kellux il-kapaċita li joħroġ barra
mill-Istrett ta' Ġibilta biex imur ibejjet. Imma stħarriġ li sar minn
xjenzati internazzjonali temmew għal kollox dan id-dibattitu dwar jekk
is-Sallur hux maqbud fil-Mediterran. Minn din ir-riċerka ħareġ li
filfatt is-Sallur qed jirnexxielu joħroġ mill-Mediterran u jasal
saż-żona magħrufa bħala 'Sargasso'.
Ir-riċerka estensiva saret minn Elsa Amilhat u tim mill-Universita ta'
Perpignan flimkien ma' sajjieda fil-Mediterran u riċerkaturi minn Cefas
tar-Renju Unit, DTU Aqua tad-Danimarka u mill-Universita tax-Xjenzi
Agrikoli ta' l-iSvezja. Din ir-riċerka ġiet pubblikata f'għadd ta' siti
xjentifiċi.
Dan it-tim waħħal 'satellite trackers' ma tmien salluriet li inqabdu
f'Salses Leucate u Gruissan fin-nofsinhar ta' Franza. Xhur wara li dan
intelqu lura fil-baħar, dawn it-'trackers' ikkomunikaw il-pożizzjoni
tagħhom. Permezz ta' din l-informazzjoni setgħu jaraw l-immigrazzjoni li
għamlu dawn is-Sallur.
Instab li s-Sallur fil-Mediterran kien qed imur fis-Sargasso li jinsab
f'Oċean Atlantiku biex ibejtu. Dan ifisser vjaġġ ta' xejn inqas minn
8,000 kilometru.
Is-sallura minn dejjem kienet imfittxija fil-gastronomija Ewropea,
mill-Baħar l-Abjad sal-Baħar l-Iswed. Għalhekk ilha għal żmien twil
soġġetta għal trobbija tradizzjonali estensiva li tikkonsisti fiż-żamma
ta’ salluri maqbudin ġo għadajjar. Il-vallikultura Taljana ilha għal
żmien twil iċ-ċentru tal-produzzjoni tas-Sallura fl-Ewropa. Iżda
l-ispeċi qiegħda tonqos. Hija mniżżla bħala mhedda serjament fuq
il-lista l-Ħamra tal-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni
tan-Natura (IUCN) u mis-sena 2007, tinsab fi pjan Ewropew ta’ rkupru.
Minħabba li fil-preżent is-Sallura ma tirripproduċix meta tkun maqbuda,
il-produzzjoni tal-akkwakultura tiddependi fuq il-qbid taż-żgħar li
jkomplu jikbru fi trobbija intensiva, f’sistemi ta’ riċirkolazzjoni,
l-aktar fl-Olanda, fid-Danimarka u fl-Italja.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home