Bla eżamijiet ta' nofs is-sena?… Sa issa l-Gvern għadu qed iħejji rapport
Fost l-għalliema fl-iskejjel primarji u fl-iskejjel sekondarji bħalissa hemm diskussjonijiet dwar pjani li qed jinħmew għall-edukazzjoni f'Malta. Fost il-mistoqsijiet li qed joħorġu hemm dik ta' jekk it-tibdil li se jsir u li skont kif qed jingħad jista' jidħol minn Settembru li ġej, hemm dik ta' jekk hux se jispiċċaw l-eżamijiet ta' nofs is-sena. Apparti dan, fost l-għalliema qed iqumu mistoqsjiet dwar x'se tkun tfisser is-sistema l-ġdida magħrufa bħala 'Learning Outcomes Framework", li hi sistema totalment ġdida u li sa issa kienet qed titħaddem fl-MCAST.Mistoqsi dwar dan, il-President tal-Unjin tal-Għalliema (MUT) Kevin Bonello qalilna li, "Il-Gvern qed jipproponi sistema ġdida ta' kif jiġu mgħallmin is-suġġetti. Bħala MUT qegħdin fil-fażi li staqsejna lill-Gvern fir-realtà x'se jiġri. Qed nistaqsu lill-Gvern x'għandu f'moħħu. Nafu li l-Gvern bħalissa qed jipprepara dokument. Minn naħa tagħna għednielu li kull tibdil biex jidħol fis-seħħ irid ikun hemm qbil magħna dwaru. Għamilnieha ċara li biex tidħol bidla simili jrid isir ftehim settorjali sħiħ."
Għalliema li kkuntattjatja wara sessjoni li saret dwar din il-bidla, qalet li, "Smajna li se jitneħħew l-eżamijiet ta' nofs is-sena. Smajna li se jkun hemm skrutinju mill-amministrazzjoni tal-iskola u anke mill-ġenituri. L-għalliema se jispiċċaw b'dik li qed tissejjaħ 'checklist' għal kull student u permezz tagħha se jaraw jekk dak l-istudent ikunx laħaq il-livelli meħtieġa. Smajna li din se tidħol f'Settembru li ġej. Biss ngħid li bħala għalliema għadna wisq fl-għama u dettalji speċifiċi m'hemmx."
Għamilna kuntatt mal-President tal-Unjin tal-Għalliema (MUT), Kevin Bonello, li qalilna li, "Dan il-Gvern qed jipproponi sistema ġdida ta' kif jiġu mgħallmin is-suġġetti fl-iskejjel. Qed isejħulha 'learning outcomes framework'. B'din is-sistema mhux se jkun hemm għalliema jagħmlu lezzjoni u jagħtu x-xogħol għad-dar bħal lum. Is-sistema se tkun 'unit based'. Jiġifieri jekk qed tgħallem il-matematika u għandek il-fractions, inti bħala għalliema se jkollok il-learning outcomes fil-lezzjoni u trid tilħaqhom. Trid tara min laħaqhom u min le.
"Din diġà teżisti fl-MCAST. Imma l-MCAST hu fuq studenti vokazzjonali. Sa issa l-gvern għadu ma jafx kif se tidħol din is-sistema fis-sekondarja. Aħna bħala MUT qed ngħidu lill-Gvern jgħidilna x''inhu mistenni mill-għalliema, mill-kindergarten assistants u mil-LSA's. Fir-realtà qed nistaqsu x'bidla se jkun hemm. Bħala MUT qed nistaqsu lill-gvern hu x'għandu f'moħħu. Il-gvern qed jippreara dokument b'dettalji. Qed ngħidlulu li dan irridu niftehmu fuqu għax ma jidħolx. Qed ngħidulu li rridu ftehim sħiħ settorjali.
"Lesti niddiskutu imma rridu niftehmu fuq pakkett sħiħ settorjali u mhux Learning Outcome Framework biss. Nafu li hemm żewġ bordijiet imma dawn iridu jiddeċiedu x'tip ta' mudell iridu jagħżlu," qalilna Kevin Bonello.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home