Thursday, March 3, 2016


Wara l-kritika ta' Amnesty li Malta qed tibqa' tirrifjuta li tagħti informazzjoni dwar traġedja ta' immigranti....

 

'Pajjiżna qed jimxi mal-obbligi internazzjonali' - Il-Ministru Carmelo Abela


Wara li l-Amnesty International, għal darb’oħra fir-rapport annwali tagħha dwar Malta għamlitha ċara li sal-aħħar tas-sena li għaddiet, Malta kienet għadha qed tirrifjuta li tagħti informazzjoni dwar l-għarqa ta’ aktar minn 200 immigrant f’Ottubru tas-sena 2013, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela ddikjara li pajjiżna dejjem mexa mal-obbligi internazzjonali.
Meta mistoqsi minn inewsmalta.com dwar id-dikjarazzjoni ta’ Amnesty International, il-Ministru Abela qalilna li bħala pajjiż, il-politika u l-istrateġija fuq l-immigrazzjoni hija ċara tant li anke l-UNHCR u l-Kummissjoni Ewropea qed tirrikonoxxi li f’dawn l-aħħar snin saru passi ‘l quddiem fil-policy dwar l-immigrazzjoni.
Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali qal li f’dak li jirrigwardja t-tħaddim tal-politika, il-Forzi Armati ta’ Malta għamlu ħilithom biex isalvaw il-ħajjiet tal-immigranti li fl-aħħar mill-aħħar huma bnedmin. “Hekk għamilna u hekk se nkomplu nagħmlu,” qal il-Ministru Abela.
Enfasizza wkoll li, “pajjiżna dejjem mexa mar-regoli internazzjonali u mal-pjan operazzjonali li fl-aħħar mill-aħħar jiddetermina fejn isir l-inżul tal-immigranti wara li dawn il-persuni jiġu salvati. Il-pajjiż tagħna mhux biss għandu politika u strateġija ċara, iżda qed nimxu mal-obbligi internazzjonali li aħna għandna.”

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home