Mixja biex tfakkar l-akbar għarqa ta' immigranti…plakka li tfakkar 850 persuna li tilfu ħajjithom u l-identità
Dik li hi meqjusa bħala l-akbar traġedja ta' għarqa ta' immigranti
fil-Mediterran, liema traġedja kienet seħħet f'April tas-sena li
għaddiet, issa se tiġi mfakkra permezz ta' mixja. L-immigranti mgħarrqin
li ħafna minnhom għadhom maqbuda fid-dgħajsa u l-24 immigrant mejtin li
ddaħħlu u ndifnu f'Malta se jkunu mfakkrin bi plakka kommemorattiva.
Il-mixja se tibda mill-Belt Valletta u se tispiċċa fiċ-ċimiterju
tal-Addolorata. Il-mixja se ssir il-Ħadd 17 ta' April.
Sa issa ma kien hemm ebda inizjattiva f'Malta biex fil-post fejn hemm
midfuna dawn l-24 persuna mhux identifikati, ikun hemm xi tip ta' plakka
li tfakkar dak li ġara. Minħabba f'hekk se ssir din il-mixja u
titwaħħal il-plakka.
Ta' min jgħid li dakinhar li seħħ il-funeral, inewsmalta.com kien irrapporta dwar messaġġi li ntbagħtu minn ċittadini Maltin. Fost dawk li spikkaw kien hemm il-messaġġ li kien jgħid: 'Għażiż ħija - oħti.
Jiddispjaċini li ma wasaltx Malta. Niskuża ruħi li xi wħud min ħuti
Maltin donnhomn ħadu pjaċir li ma wasaltx. Niskuża ruħi aktar għax xi
wħud ma apprezzawx ħajtek għax int iswed jew sewda. Żgur li mhux i-kaz
fejn qiegħed jew qiegħda issa għax il-Mulej iħobbok kif int. Nitolbok
iddur lejn il-Ħallieq li issa int qed tara u tgħidlu jgħinna biex
inżommu lil ħutek milli jegħrqu".
Ritratt: Ian Noel Pace

0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home