'Seta kien hemm aktar korrettezza
minn xi uħud fil-każ Panama
- Il-Ministru George Vella
Il-Ministru George Vella fl-intervent tiegħu qal li "kemm ilni fil-politika rajt minn kollox. Qatt ma emmint li fuq naħa jkun hemm l-anġli u fuq naħa oħra jkun hemm ix-xjaten. Fil-każ li għandna bħalissa nistgħu ngħidu li seta' kien hemm aktar korrettezza politika minn xi wħud. Jekk kien hemm xi korruzzjoni, din għad trid tiġi ippruvata."
Qal li min qed iressaq l-mozzjoni "llum qed jiskandalizza b'korruzzjoni suspettata, iżda ma qal xejn fuq l-iskandlu taż-żejt. Ma tkellem xejn fuq l-iskandlu tal-Mater Dei. Min qed jagħmel il-mozzjoni mhux kredibbli għax ittrattjena kemm felaħ fid-donazzjonijiet tal-partiti u issa welled skema ta' ċedoli li toħloq suspetti. Min għamel il-mozzjoni qatt ma ried ineħħi l-preskrizzjoni għall-atti ta' korruzzjoni. Issa qed jilagħbu tal-verġni u jiskandalizzaw ruħhom"
Staqsa x'inhu l-mottiv u qal li "dak li qed isir hu frott il-kilba għall-poter. Din hi xejra ripetuta. Niftakruhom imorru barra ixewxu kontra l-Gvern u fil-Ġermanja kontra l-investiment. L-għan tal-Oppożizzjoni hu li ssir ħsara lil pajjiżna billi tinħoloq arja ta' inċertezza. Din hi tattika studjata u hi maħsuba biex tiskredita il-ġid tal-Gvern".
Il-Ministru Vella komplew jgħid li "nistaqsi il-bombi min kien jagħmilhom? Allaħares naslu f'dak iż-żmien. Qatt ma ħasbu li Gvern immexxi minn Joseph Muscat kien se jsalva l-Enemalta, jelimina l-qgħad u jkollna tkabbir ekonomiku fost oħrajn." Hu qal li jammetti li saru ċertu żbalji u qal li dawn se jkunu rimedjati.
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home