Il-mozzjoni ta' sfiduċja fil-Gvern tressqet minn Mario De Marco
'Għandna Prim Ministru
ċass"
- il-Viċi Kap Beppe Fenech Adami
Hekk kif inbeda d-dibattitu fuq il-mozzjoni ta' sfiduċja fil-gvern li tressqet mill-Oppożizzjoni, il-Viċi Kap Nazzjonalista Beppe Fenech Adami iddeskriva lill-Prim Ministru Joseph Muscat bħala li 'hu ċass quddiem il-korruzzjoni." Hu semma' l-każ tal-Australia Hall, u l-każ tal-Cafe Premier fejn hu qal li fuq tal-Cafe Premier kellu jirriżenja l-Prim Ministru għax dan kien daħal fin-negozjati biex jaslu għal prezz li jitħallas lil din il-kumpanija. "Lil di ħallsulha id-dejn kollu inkluż id-dejn fuq il-ħobż. Spiċċajna biex tajna aktar minn €4.3 miljun lil kumpanija privata". Hu qal li kien hemm imbagħad il-każ ta' Gaffarena.
Spjega li għaxar ġimgħat ilu faqqa' l-każ li fih hemm involut l-Ministru Konrad Mizzi u persuna viċin tal-Prim Ministru Keith Schembri. Hu qal li Konrad Mizzi hu l-persuna li imbuttah Joseph Muscat qabel l-elezzjoni u qal li Keith Schembri hu l-persuna li hemm min jirreferi għalih bħala l-Prim Ministru wara l-Prim Ministru u qal li dan jaf kollox fuq Joseph Muscat.
Il-mozzjoni tal-Oppożizzjoni li tressqet fil-Parlament mill-Viċi Kap Mario Demarco tgħid li "l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil jipproponi: li l-Gvern bħalissa jinsab maqbud fi kriżi ta' korruzjoni li issa saret ukoll kriżi politika. Din il-kriżi qed tagħmel ħsara kbira lil isem pajjiżna u lill-ekonomija, b'mod partikolari s-settur tas-servizzi finanzjarji. Il-pajjiż ma jistax jibqa' f'din is-sitwazzjoni ta' inċertezza kbira. Hu fl-interess nazzjonali li l-pajjiż ma jibqax immexxi minn Gvern maqbud fi kriżi ta' korruzzjoni. Hu fl-interess nazzjonali li l-poplu Malti u Għawdxi jirbaħ lura l-istabbilità. Għaldaqstant din il-Kamra tirrisolvi li m'għandhix fiduċja fil-Gvern tal-Prim Ministru Joseph Muscat. Tirriżolvi li din id-deċiżjoni tkun komunikata lill President ta' Malta."
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home