Klinika mobbli tkun Malta f'Ġunju…se tintuża għal wasliet ta' immigranti
Kemm il-darba kien hemm min innota ċerti nuqqasijiet fil-post fejn ġieli iddaħħlu immigranti li jkunu għadhom kif ġew salvati. Dan l-aktar meta wieħed iqabbel il-mod ta' kif jintlaqgħu immigranti li ddaħħlu fi Sqallija, fejn ħafna drabi fuq il-post ikun hemm kliniċi u tobba. Issa wara xhur ta' stennija f'Malta ukoll se jkun hawn klinika mobbli, li se tkun tista' tintuża biex tagħti servizz lill-immigranti li jkunu għadhom kif waslu Malta. Jidher li din il-klinika mobbli se tasal f'pajjiżna f'Ġunju li ġej.
Ta' min jgħid li f'April tas-sena 2015 kien tħabbar li se tingħata din
il-klinika mobbli. Dan kien tħabbar mill-Gran Mastru tal-Ordni, Fra
Matthew Festing waqt żjara f'Malta.
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, George Vella, fi tweġiba
Parlamentari għal mistoqsija tad-Deputat Laburista Silvio Schembri, qal
li fiż-żjara tal-Gran Mastru kien tħabbar il-fatt li jista' jkun hemm
kooperazzjoni bejn Malta u l-Ordni fil-qasam umanitarju b'mod speċjali
fejn jidħlu l-immigranti.
Fi tweġiba Parlamentari intqal li "għaldaqstant ġew meqjusa diversi
possibilitajiet ta’ proġetti li jistgħu jaħdmu fuqhom iż-żewg naħat.
Fil-fatt, wara iż-żjara issukktaw it-taħdidiet mal-Ordni li wasslu
għall-ftehim biex Malta tiġi mogħtija klinika mobbli u vettura oħra biex
tkun tista’ tingħata l-ewwel għajnuna b’mod dinjituż u professjonali
f’każijiet umanitarji urġenti bħal fil-każ ta’ wasla ta’ immigranti, fuq
il-post tal-wasla. Il-klinika mobbli hi mistennija li tasal f’Malta
fl-ewwel nofs tas-sena 2016."
Allarmanti l-ammont ta' immigranti fil-Libja…nippreparaw biex ngħinu l-Italja u l-Malta
Intant il-President tal-Kunsill Ewropew, Donald Dust waqt li indirizza
l-Parlament Ewropew qal li "irridu niftakru li r-rotta li l-immigranti
qed jużaw fil-Balkani biex jidħlu fl-Ewropa mhix l-unika waħda. Pajjiżi
oħra, mhux il-Greċja u l-Bulgarija biss, se jkunu qed jistennew
il-koperazzjoni u s-solidarjetà. Qed nitkellem fuq ir-rotta li
l-immigranti jużaw fiċ-ċentru tal-Mediterran, mil-Libja lejn l-Ewropa.
L-ammont ta' persuni li jistgħu jkunu immigranti fil-Libja hu
allarmanti. Dan ifisser li rridu nkunu ppreparati biex ngħinu u nuru
solidarjetà ma' Malta u l-Italja, jekk dawn jitolbu dan. Mhux se jkun
possibbli li sempliċiment nikkuppjaw is-soluzzjonijiet li ġew applikati
għall-Balkani. Dan għax il-Libja mhix it-Turkija. Fuq ir-rotta
fil-Balkani ħadna azzjoni tard ħafna u din waslet għal għeluq
tal-fruntier. Hu għalhekk li l-koperazzjoni ma' Malta u l-Italja llum hi
kundizzjonijiet biex nevitaw dan ix-xenarju fil-futur".
Hu spjega li l-Unjoni Ewropea hi maqsuma fuq dawk li jridu li tiżdied
is-sigurtà dawk li jridu li jkun hemm aċċess u tolleranza. Jispega li
l-Unjoni Ewropea qed tibni sintesi ta' dawn iż-żewġ fatturi. Hu
ddeskriva dak li qed isir bħala l-akbar suċċess fl-aħħar xhur. Qal li
din is-sintesi se tkun waħda mill-battalji tal-futur fl-Unjoni Ewropea.
'Ejja ma nibżgħux mit-tensjoni. L-Ewropej għandhom bżonn jibqgħu
tolleranti imma fl-istess ħin iridu jkun iebsa u effettivi.
It-tensjonijiet huma xi ħaġa naturali. Il-fenomenu Ewropej hu l-abbiltà
li jittrasfroma dan f'enerġija pożittiva. Dan il-fenomenu għandu jkun
priservat" sostna Tusk.
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home