Oġġezzjonijiet għal monument propost f'ġieħ Ġlormu Cassar
Il-monument li Heritage Malta qed tipproponi li tagħmel lill-arkitett Malti Ġlormu Cassar u lil Franceso Laparelli quddiem il-kampnar tal-arloġġ tal-Konkatidral ta' San Ġwann, xejn mhu qed jintlaqa' tajjeb kemm mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju u anke mill-Fondazzjoni tal-Konkatidral. Fil-fatt, is-Sovrintendenza qed toġġezzjona għal dan l-iżvilupp u qed tgħid li l-post propost se jwassal biex il-monument jinterferixxi mal-valur arkitettoniku tal-Konkatidral. Jidher li s-Sovrintendenza qed tqis li ma ġietx ipprovduta b'dettalji adekwati dwar il-monument propost. L-istess entità qed tgħid li Misraħ San Ġwann hu spazju miftuħ fil-Belt Valletta li hi patrimonju dinji tal-UNESCO. Qed jingħad li dan l-ispazju hu ddisinjat li jservi bħala spazju miftuħ quddiem il-Konkatidral. Spazju li fih ħafna artisti jużawh biex jipproduċu xogħlijiet tal-arti li jikkonċernaw il-faċċata tal-Konkatidral.Is-Sovrintendenza f'ittra li kitbet lill-MEPA sostniet li "dak l-ispazju fil-kunċett tiegħu kellu jkun spazju miftuħ. Dan l-ispazju nħoloq bit-twessigħ ta' Triq San Ġwann. Dan l-ispazju miftuħ għandu valur fih innifsu u għandu jkun priservat. Is-Sovrintendenza kkonsultat lill-Fondazzjoni tal-Konkatidral u l-Uffiċċju tal-Proġett għar-Rijabilitazzjoni tal-Belt Valletta u dawn qablu li l-monument propost mhux adattat għal dak il-post. Il-monument jikkompeti mal-valur arkitettoniku tal-Konkatidral u ta' Misraħ San Ġwann. Il-monument se jkun interferenza addizzjonali. Dan l-ispazju storiku għandu jitħalla kif inhu."
Intant hemm min jargumenta li l-arkitett Ġlormu Cassar m'għandu bżonn l-ebda monument biex infakkruh. Il-faċċata tal-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Palazz Verdala, il-Knisja ta' San Mark fir-Rabat, u l-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt Valletta huma fost il-monumenti ħajjin tiegħu li għadhom jitgawdew sal-lum.
Imbagħad hemm min jargumenta li dan il-personaġġ Malti, li tant ħallielna bini majestuż, jistħoqqlu jkollu monument. Sorsi li kienu tkellmu magħna kienu qalu li, "Kellna sitwazzjoni redikola f'dan l-pajjiż, fejn kelba li nqatlet għamilnielha monument u personaġġ bħal dan Malti - li kellu l-fiduċja assoluta tal-Ordni ta' San Ġwann - ma kellna ebda monument biex infakkruh. Għandna monumenit kemm trid li jfakkru nies barranin, iżda ebda wieħed lill-arkitett Ġlormu Cassar. Il-fatt li issa se jidher li se jsir dan l-monument, se jkun pass 'il quddiem biex dan l-arkitett jibqa' mfakkar. Nittamaw li l-monument ikun verament jixraq lil dan l-personaġġ."
L-arkitett Malti Ġlormu Cassar twieled fis-sena 1520 u studja f'Ruma u Napli. Hu kellu għal qalbu ħafna l-istil rinaxximentali u użah f’ħafna bini li ħadem f’Malta. Dan kien bini li l-karatteristika prinċipali fl-istil tiegħu kien in-nuqqas ta’ ornamenti fil-ġebla. L-arkitetti bħal Ġlormu Cassar li kienu jibnu f’dan l-istil kienu influwenzati minn arkitettura militari li kienet timxi fuq linji dritti u sempliċi.
Cassar kien assistent tal-arkitett Francesco Laparelli fil-bini tal-Belt Valletta u meta Laparelli telaq minn Malta, ix-xogħlijiet kienu fdati f'idejn Cassar.
minn l-orizzont
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home