Thursday, April 14, 2016

'Allarmanti l-ammont ta' immigranti fil-Libja…nippreparaw biex ngħinu l-Italja u l-Malta'

"Irridu niftakru li r-rotta li l-immigranti qed jużaw fil-Balkani biex jidħlu fl-Ewropa mhix l-unika waħda.  Pajjiżi oħra, mhux il-Greċja u l-Bulgarija biss,  se jkunu qed jistennew il-koperazzjoni u s-solidarjetà. Qed nitkellem fuq ir-rotta li l-immigranti jużaw fiċ-ċentru tal-Mediterran, mil-Libja lejn l-Ewropa.  L-ammont ta' persuni li jistgħu jkunu immigranti fil-Libja hu allarmanti.  Dan ifisser li rridu nkunu ppreparati biex ngħinu u nuru solidarjetà ma' Malta u l-Italja, jekk dawn jitolbu dan.  Mhux se jkun possibbli li sempliċiment nikkuppjaw is-soluzzjonijiet  li ġew applikati għall-Balkani.  Dan għax il-Libja mhix it-Turkija.  Fuq ir-rotta fil-Balkani ħadna azzjoni tard ħafna u din waslet għal għeluq tal-fruntieri  Hu għalhekk li l-koperazzjoni ma' Malta u l-Italja llum hi kundizzjonijiet biex nevitaw dan ix-xenarju fil-futur".
Dan sostnieh il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk  waqt li indirizza l-Parlament Ewropew fl-aħħar sigħat.
Hu spiega li l-Unjoni Ewropea hi maqsuma fuq dawk li jridu li tiżdied is-sigurtà dawk li jridu li jkun hemm aċċess u tolleranza.  Jispega li l-Unjoni Ewropea qed tibni sintesi ta' dawn iż-żewġ fatturi. Hu ddeskriva dak li qed isir bħala l-akbar suċċess fl-aħħar xhur.  Qal li din is-sintesi se tkun waħda mill-battalji tal-futur fl-Unjoni Ewropea.
'Ejja ma nibżgħux mit-tensjoni.  L-Ewropej għandhom bżonn jibqgħu tolleranti imma fl-istess ħin iridu jkun iebsa u effettivi.  It-tensjonijiet huma xi ħaġa naturali. Il-fenomenu Ewropej hu l-abbiltà li jitrasfroma dan f'enerġija pożittiva. Dan il-fenomenu għandu jkun priservat".
Minn inewsmalta.com
 
Ritratt: Ian Noel Pace

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home