Tuesday, April 12, 2016

Ħaddem illegalment, ammetti u teħel 'multa redikola' ta' €58

"Kull meta nagħmlu spezzjonijiet u naqbdu ħaddiema li jkunu qed jitħaddmu llegalment, Alla jbierek dejjem jgħidulna 'llum beda xogħol dan'. Jgħidulna ukoll li 'qiegħed bi prova".  "Nofs l-ispezzjonijiet li nagħmlu fis-settur tal-ikel u fil-kostruzzjoni, insibu ħaddiema llegalment. Ġieli sibna ristorant sħiħ li jkun qed iħaddem il-ħaddiema tiegħu b'mod illegali, fil-parti kbira barranin".  Fost l-akbar ħaddiema barranin li qed jitħaddmu b'mod illegali hemm dawk ġejjin mill-Italja u Spanja.  Dan sostnieh iċ-Ċermen tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ, Clyde Caruana meta tnieda dokument għal konsultazzjoni pubblika dwar riforma fil-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC) u fil-mod ta' kif isir ir-reġistrar. Ġie spjegat li l-multi qed ikunu proposti li jogħlew għal min iħaddem legalment.
Clyde Caruana qal li llum sid ta' post tax-xogħol li jinqabad iħaddem persuni illegalment jeħel biss €58.23 jekk jammetti u jekk il-każ jinqata' mill-Qorti l-multa tvarja minn €116.47 għal €1,164.  Issa qed ikun propost fid-dokument ta' konsultazzjoni pubblika li għal min jammetti l-multa togħla minn €58.23 għal €500. F'każ ta' proċeduri l-Qorti l-multa minima se titla' għal €500 u dik massima għal €2,500 għal kull impjegat.
Hu spiega li mhux se tibqa' s-sistema ta' reġistru Part 1 u Part 2 u dawn issa qed ikun propost li jkunu reġistru wieħed.
Qed ikun propost li min ikun qed jaħdem bi prova irid ikun informa dwar dan fejn se tingħata opportunità li daw li jkunu qed jirreġistraw u li ma jkunux ingħataw opportunità ta' xogħol ikunu jistgħu jaħdmu għal 240 siegħa fis-sena, basta jinfurmaw b'dan.  Jekk persuna li se tkun qed tirreġistra u tinqabad taħdem u ma tkunx infurmat b'dan, se tinqata' mir-reġistru għal sitt xhur.
Is-sottomissjonijiet dwar dan id-dokument se jintlaqgħu sa nhar il-Ħamis 19 ta' Mejju.
minn inewsmalta.com

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home