Monday, April 11, 2016

Il-mistoqsija se tkun dik ta' 'iva' jew 'le'…….

Sas-sajf għandu jsir ir-referendum
dar żvilupp ta' vilel f'Ta' Ċenċ


Kollox qed jindika li wara laqgħat li saru mal-Kummissjoni Elettorali, ir-referendum dwar il-proġett propost ta' vilel f'Ta' Ċenċ f'Għawdex mistenni jsir sas-sajf li ġej. Fuq dak deċiż mir-residenti imbagħad il-kunsill lokali ta' Sannat se jifforma il-pożizzjoni tiegħu.
L-ORIZZONT hu nfurmat li jidher li saru diskussjonijiet dwar il-mistoqsija fejn din se tkun dik ta' 'iva' jew 'le' dwar il-proġett propost.
Il-kwistjoni dwar l-iżvilupp f'Ta' Ċenċ kienet diskussa mill-kunsill lokali tas-Sannat ftit jiem ilu  f'seduta urġenti fejn kien ġie deċiż li l-kunsill jagħmel referendum  fuq dan l-iżvilupp propost. Dan kien ġie deċiż għax jidher biċ-ċar li hemm pożizzjonijiet differenti fost ir-residenti.
Fil-laqgħa tal-kunsill kienet saret preżentazzjoni minn diversi esperti. Fost is-Sannatin hemm min hu favur, oħrajn kontra, oħrajn għadhom ma ddeċidewx u hemm oħrajn li huma favur biss parti jew oħra tal-proġett.
Ta' min jgħid li fl-aħħar ġimgħat saru proposti ġodda  b'reviżjoni għal proposta li kienet saret snin ilu fejn dak inhar kien ġie propost li jinbdew 36 villa.
Ta' min jgħid li proposti ta' żvilupp f'Ta' Ċenċ, imorru lura għal xejn inqas minn 20 sena. Il-proposti l-ġodda jirrigwardaw l-estensjoni tal-lukanda f'Ta' Ċenċ, fejn issa qed ikun propost li jkun hemm 118-il kamra ġdida, fejn mistenni jkun hemm pixxina ġdida u spa. L-iżvilupp jinkludi l-bini ta' 15-il villa.
minn l-orizzont

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home