Wednesday, April 6, 2016

Il-Ministru Mizzi jgħid li t-trasport pubbliku jinsab fit-triq it-tajba

Il-Ministru għat-Trasport, Joe Mizzi, fil-Parlament illejla qal li t-trasport pubbliku jinsab fit-triq it-tajba. Enfasizza kif illum hemm 238,000 persuna, jiġifieri aktar minn nofs il-popolazzjoni Maltija, li għandhom card personalizzata biex jużaw is-servizz tat-trasport pubbliku.
Hu saħaq ukoll li l-ilmenti naqsu drastikament tant li llum il-maġġoranza tas-sejħiet fil-call centre huma biex jitolbu informazzjoni u mhux jilmentaw.

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home