Investigazzjonijiet arkeoloġiċi fil-Marsa…'nixtieq li jibqgħu jitgawdew mill-pubbliku'
Żona magħrufa għal kull tip ta' skart li kien jintefa' fiha b'mod partikolari wara l-ħitan tas-sejjieħ li kellha, fl-aħħar jiem bdiet titnaddaf mill-ħamrija u ħitan li kien fiha. Ix-xogħlijiet wasslu biex instab għadd ta' fdalijiet arkeoloġiċi, tant li bħalissa ix-xogħol jinsab wieqaf. Is-Sovrintendenza għall-Patrimonju qed tagħmel l-investigazzjonijiet tagħha dwar dawn is-sejbiet.
F'kuntatt mas-Sindku tal-Marsa, Frans Debono, hu enfasizzalna li hu
jħoss li l-parti li fiha instabu dawn il-fdalijiet, għandha titħalla
barra mill-iżvilupp biex dak li nstab ikun jista' jitgawda
mill-pubbliku.
inewsmalta.com għamel kuntatt ukoll mad-Deputat Kap
tas-Sovrintendenza għall-Patrimonju, Nathaniel Cutajar. Hu qalilna li "
ż-żona indikata hija koperta minn applikazzjoni għall-iżvilup. Din
iż-żona estensiva qed tiġi investigata mis-Sovrintendenza biex tiġi
stabilità in-natura u l-importanza tal-fdalijiet arkeoloġiċi fil-konfini
ta’ din l-applikazzjoni għall-iżvilupp."
Hu qalilna ukoll li "dawn l-investigazzjonijiet għadhom mhux lesti, u
għadu kmieni wisq biex noħorġu il-konklużjonijiet uffiċjali tagħna."
Ritratt: Roger Azzopardi
minn l-orizzont
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home