Razzjonalizzazzjoni għal spazju ġdid għal każi ta' wasliet ġodda
Quddiem il-fatt li l-Unjoni Ewropea qed tkompli ttella' l-ħitan fuq
il-fruntieri fejn fl-aħħar jiem ittieħdu deċiżjonijiet li laqtu
direttament migranti li kienu jinsabu fil-Greċja, f'Malta
l-Organizazzjoni għall-Integrazzjoni ta' Migranti f"Malta (OIWAS)
għaddejja bi proċess ta' razzjonalizazzjoni ta' migranti li jinsabu
fiċ-ċentru miftuħin. Din ir-razzjonalizazzjoni qed issir biex il-pajjiż
ikun ippreparat aħjar f'każ ta' wasliet ġodda ta' immigranti mil-Libja.
Fl-aħħar ġimgħat kien qed ikun innutat li kien hemm tnaqqis
fl-immigranti li kienu qed jgħixu f'wieħed miċ-ċentri miftuħin f'Ħal
Far. Quddiem dan, għamilna kuntatt mal-Kap Eżekuttiv tal-OIWAS, Mario
Schembri dwar din is-sitwazzjoni.
Hu qalilna li "nista' ngħid li bħalissa qed nagħmlu eżercizzju ta' razzjonalizazzjoni aħjar tal-immigranti fiċ-ċentri miftuħin. Dan biex jekk jinqala' xi influss ta' wasliet inkunu ippreparati għalih."
Enfasizzalna li "minkejja li naqsu l-immigranti li jiġu bid-dgħajjes, xorta qed ikollna ammont ta' migranti li jaslu Malta b'metodi oħra kemm bl-ajru u kemm bil-baħar. Fejn jidħlu l-wasliet ta' immigranti mhux bid-dgħajjes, ix-xogħol għadu għaddej. Dawn jitolbu għall-ażil u b'hekk aħna nkunu rridu nitrattawhom. Meta ngħid razzjonalizazzjoni taċ-ċentri miftuħin, qed ngħidu li naraw li jkun użat aħjar l-ispazju li għandna. Għandna ċentri ta' adulti maskili biss, ċentri ta' persuni femminili adulti, ċentru tal-familji u ieħor għat-tfal. Li qed nagħmlu hu li jekk ikollna adulti maskili mferrxin nippruvaw niġbruhom f'post wieħed u b'hekk noħolqu aktar spazju".
Irid jingħad li fl-ewwel tlett xhur ta' din is-sena kien hemm żieda qawwija ta' madwar 80 fil-mija fl-immigranti li telqu mil-Libja lejn l-Ewropa. Filfatt fl-ewwel tlett xhur ta' din is-sena ġew reġistrati 18,741 immigranti li telqu mil-Libja u daħlu l-Italja meta fl-istess perjodu s-sena li għaddiet kienu daħlu madwar 10,000 persuna. F'Jannar ta' din is-sena, kien hemm 5,273 migrant li daħlu l-Italja mil-Libja meta s-sena ta' qabel fl-istess xahar kien hemm 3,528 immigrant. Fi Frar imbagħad kien hemm tnaqqis u waqt li din is-sena daħlu 3,827 persuna l-Italja mil-Libja, s-sena ta' qabel kienu daħlu 4,354 persuna. F'Marzu mbagħad kien hemm żieda qawwija fejn fl-Italja daħlu 9,641 persuna mil-Libja meta fl-istess perjodu s-sena ta' qabel kienu daħlu 2,283 persuna.
Kuntrarjament għal dak li kienu qed jaħsbu xi wħud, ir-rotta ta' migrazzjoni mil-Libja qatt ma kienet interrotta. Filfatt, Flavio di Giacomo kelliem għal Organizazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM), jgħid ċar u tond li "r-rotta mil-Libja qatt ma waqfet. Issa qed naraw żieda fil-persuni u dawn ġejjin minn nazzjonijiet varji."
Fost l-aktar persuni li daħlu fl-Ewropa mil-Libja hemm dawk li ġejjin minn Niġerja, mill-Gambja, Senegal u l-Mali. Bdil fix-xejriet mil-Libja….
….l-Eritrej jibdew jivvjaġġaw f'April u Mejju
Fil-wasliet ta' din is-sena mil-Libja sa issa ma kienx hemm żieda f'immigranti li jiġu mis-Sirja, l-Iraq jew l-Afganistan, fejn kollox qed juri li dawn kienu qed jaqsmu lejn it-Turkija u l-Greċja. Fatt li qed iqajjem mistoqsijiet hu tnaqqis fl-ammont ta' Eritrej li waslu fl-ewwel xhur ta' din is-sena.
L-istess sorsi spjegalna li "hu normali anki skont xejriet tas-snin ta' qabel, li l-Eritrej jivvjaġġaw bil-baħar minn nofs April 'l quddiem. Wieħed irid jara x'qed jiġri eżatt, imma skont rapporti li għandna hemm ammont kbir ta' Eritrej f'ħabsijiet fil-Libja. Hemm ukoll il-kwistjoni ukoll ta' Sudaniżi, fejn anki dawn hemm ħafna minnhom miżmumin f'ħabsijiet."
Din is-sena sa issa diġà mietu 249 persuna fir-rotta mil-Libja, waqt li s-sena li għaddiet kienu mietu 3,700 persuna.

0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home