It-Torri l-Abjad…tidħol fih kif trid
It-Torri l-Abjad hu wieħed mit-torrijiet mibnijin mill-Gran Mastru De Redin. Post storiku li xhur ilu kien issemma' li se jkun restawrat. Illum dan it-torri qiegħed fi stat li min irid jista' jidħol fih faċilment. Huma diversi dawk il-persuni li għandhom għal qalbhom il-wirt storiku li qed jappellaw biex din il-binja tiġi restawrata u li sakemm isir dan, għandha tkun bl-aċċess magħluq.
Persuna li tkellmet magħna qalilna li "meta tħalli torri bħal dan
b'aċċess miftuħ tkun qed iżżid ir-riskju li jsir vandaliżmu fih. Mhux
l-uniku torri jew batterija li jinsab f'dan l-istat. Naħseb li
l-awtoritajiet responsabbli għandhom jaraw li jingħalaq l-aċċess".
Ta' min jgħid li dwar dan it-torri kienet saret applikazzjoni għal
restawr u l-kunsill lokali tal-Mellieħa kellu laqgħat ma' Heritage Malta
dwar dan l-istess proġett.
Ir-restawr fuq it-torri, li mistenni jsir mill-fondi tal-Kunsill Lokali
tal-Mellieħa, jista' jsir wara li kien devolut mill-Gvern madwar ħames
snin ilu.
minn l-orizzont
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home