Sunday, April 3, 2016

'Nhar l-Erbgħa se nkun qed nistenna biex nara l-Qorti x'se tagħmel' - Simon Busuttil

Il-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil dalgħodu tkellem dwar kif il-Pulizija se tieħu azzjoni kriminali kontra d-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi u qal li "din il-kawża nqisha bħala kontrija wkoll u bħala kontra l-Oppożizzjoni u għalhekk nesprimi solidarjetà sħiħa ma' Jason Azzopardi. Fi spirtu ta' solidarjetà, jien se nkun qed nistenna l-Qorti biex nara x'se tagħmel."  Busuttil kien qed jirreferi għall-kawża li fetaħ l-eks Kummissarju tal-Pulizija, Peter Paul Zammit, kontra Jason Azzopardi, li mistennija tibda tinstema' nhar l-Erbgħa li ġej. Il-kawża nfetħet wara li f'Ġunju li għadda, bħala Shadow Minister, Azzopardi kien indirizza konferenza tal-aħbarijiet fejn ikkundanna lill-Gvern talli żamm lil Peter Paul Zammit bħala Kummissarju minkejja li nstab ħati mill-Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data li kiser il-liġi tal-protezzjoni tad-data meta għadda informazzjoni personali sensittiva lill-Malta Today.
F'konferenza tal-aħbarijiet il-ġimgħa li għaddiet, Simon Busuttil qal li huwa l-Gvern li se jressaq il-Qorti lil Jason Azzopardi. Madankollu l-Gvern ċaħad dan immedjatament u qal li l-kawża nfetħet minn ċittadin privat.
minn inewsmalta.com

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home