Wednesday, April 6, 2016

Min ma jobdix lill-bdot jista' jeħel multa ta’ €10,000

Hekk kif fl-aħħar jiem u xhur erġajna rajna atti terroristiċi li b’xi mod jew ieħor għandhom x’jaqsmu mal-avjazzjoni, il-Gvern Malti issa beda jieħu l-passi b’diskussjoni fil-Parlament dwar emendi marbutin mas-settur tal-avjazzjoni. L-Oppożizzjoni ddikjarat li qed taqbel ma’ dan l-abbozz ta’ liġi. Minn dak ippreżentat jirriżulta li fost l-emendi li jispikkaw fil-liġi hemm dik li kull min jirrifjuta li jsegwi struzzjoni legali mogħtija minn jew f’isem il-kmandant, għall-fini tal-ħarsien tas-sigurtà tal-ajruplan jew tal-persuni jew proprjetà abbord tal-ajruplan, jeħel multa ta’ mhux aktar minn €10,000.
Apparti dan, uffiċjal tas-sigurtà matul it-titjira impjegat skont ftehim jew arranġament bejn Malta u xi pajjiż ieħor tal-Konvenzjoni, jista’ jieħu miżuri preventivi raġonevoli mingħajr l-awtorità tal-kmandant meta jkollu raġonevolment għalfejn jaħseb li dik l-azzjoni hija meħtieġa b’mod immedjat biex titħares is-sigurtà tal-ajruplan jew tal-persuni abbord minn att ta’ interferenza illegali u, jekk dak il-ftehim jew arrangement hekk jipprovdi, minn twettiq ta’ reat.
minn inewsmalta.com

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home