Bnadar Maltin mdendlin
bil-kontra mill-patrijotti
Id-dehra ta' ritratt li juri li kollox kien jinsab lest biex tlett sigħat wara jitħabbar li l-Patrijotti se jikkontestaw l-elezzjoni, ma setax ma jiġbidlekx għajnejn. Sala f'lukanda bi bnadar ta' Malta imdendlin bil-kontra.
Forsi ma tistennihiex minn dawk li jsejħu lilhom infushom patrijotti. In-nies li kull meta tqanżħu biex għamlu protesta dejjem ġarrew ruxxmata bnadar Maltin.
Stennejt li ssir l-attivita għax għidt żgur se jkun hemm xi wħud minn dawk li jissejħu patrijotti li jiġbdu l-attenzjoni tal-bnadar Maltin bil-kontra. Tlestiet l-attivita. Telgħu ir-ritratti bis-sala bin-nies. Ma kien hemm eebda tibdil. Il-bnadar bil-kontra kienu u bil-kontra baqgħu.
U din id-darba, mhux kellek persuna waħda ma tafx tkanta l-innu Malti minkejja li tgħix kemm ħabtet fuq sidirha li hi patrijotta. Din id-darba, kien hemm kamra mdaqqsa, bl-hekk imsejħa patrijotti.
Ovvjament u naħseb li issa, jekk hemm xi ħadd li se jgħallem lil patrijotti l-Innu Malti, tajjeb li forsi jurihom ukoll kif għandha tiddendel il-bandiera Maltija.
.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home