Ta' erba' snin…iġibu materjal riċiklat u jibnu r-robots waħedhom
Kaxxi taċ-ċereali. Reċipjenti vojta tal-fwieħa. Bottijiet tal-yoghurt u fliexken. Dawn kienu ftit mill-affarijiet li għadd ta' tfal ta' bejn l-4 u 5 snin ħadu magħhom fl-iskola tal-Imġarr.Quddiem il-ġenituri tagħhom stess, dawn l-istess tfal tħallew jużaw il-kreattività tagħhom dwar x'se jsir minn dawn il-kontenituri. Ir-riżultat kien il-bini ta' robots, li issa qed jintużaw għat-tagħlim fl-istess klassi.
Fl-iskola primarja tal-Imġarr f'Malta, kien hemm attività mhux tas-soltu, meta ġiet organizzata open day, dwar il-matematika u x-xjenza. Spikkaw l-ammont ta' ġenituri li attendew u li setgħu isegwu lil uliedhom jagħmlu l-esperimenti tax-xjenza.
L-istudenti u l-għalliema kienu involuti f'diversi esperimenti bil-ġenituri jagħtu sehemhom ukoll billi jipparteċipaw.
Il-Kap tal-Iskola Antonella Ferrante qalet lil inewsmalta.com li din l-attività ġiet organizzata biex nilqgħu lill-ġenituri fostna fl-iskola waqt li jieħdu esperjenza tal-mod kif it-tagħlim isir fil-klassijiet.
L-iskop kurrikulari ta' l-attività hu biex fost oħrajn nilħqu l-għanijiet imfassla fil-qafas tal-kurrikulu nazzjonali, fejn qed tingħata importanza għal litteriżmu, x-xjenza, t-teknoloġija u l-matematika.
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home