https://www.youtube.com/watch?v=pnBbxIIXW20
Tingħata l-ħajja lir-rotta migratorja mill-Eġittu…salvati 300 persuna qrib Sqallija
Wara li r-rotta mit-Turkija lejn il-Greċja esperjenzat ħitan fuq il-fruntieri, jidher li r-rotta migratorja mill-Eġittu lejn il-Mediterran b'mod partikolari lejn Sqallija, qed tingħata ħajja mill-ġdid mit-traffikanti. Dan hekk kif fl-aħħar sigħat il-Gwardji tal-Kosta Taljani salvaw xejn inqas minn 300 immigrant li kienu ppakkjati f'dgħajsa tas-sajd. Jidher li din id-dgħajsa intlemħet minn ajruplan Spanjol li qed jintuża mill-Frontex. Abbord kien hemm 156 irġiel, 107 minuri u 51 mara. L-immigranti kienu mis-Sirja, l-Eġittu, is-Somalja, l-Eritrea, l-Etjopja, il-Libja, is-Sudan, il-gżejjer Comoros u mit-territorju Palestinjan.L-immigranti iddaħħlu fil-port Taljan ta' Crotone, li jiġi madwar 770 mil nawtiku mill-gżejjer Griegi.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home