Tuesday, April 12, 2016

Sigurtà ikbar fil-Park tal-Familja

Wara ilmenti li kien qed ikun hemm fl-aħħar xhur minn għadd ta' ġenituri minħabba ċerti żoni frekwentati mit-tfal fil-park tal-familja f'Wied il-Għajn, ittieħdu deċiżjonijiet biex dawn iż-żoni jkunu aktar siguri.  Filfatt, wara li ż-żona tal-gym u diversi żoni fejn jilgħabu t-tfal  saru b'turf artifiċjali, issa anke fejn hemm l-appart tal-logħob se jkun imdawwar minn turf artifiċjali. Fil-ġimgħat li ġejjin se jkun hemm żona oħra li tintuża mit-tfal li fiha ukoll se jsir turf artifiċjali.  Il-ġurnal L-ORIZZONT irrapporta kif tkellem maċ-Ċerpersin tal-Management Unit tal-Park tal-Familja, Joe Merċieċa fejn dan qalilna li "bla dubju ta' xejn issa l-park hu ferm aktar sigur. Qabel jekk it-tfal jaqgħu kienu jweġġħu. Kien għalhekk li għamilna t-turf u se nkomplu f'żoni oħra."
Intant fost ix-xogħlijiet u proġetti oħra li hemm għal dan il-park se jkun hemm dak li jiżdiedu s-CCTV's minħabba li dan il-post kien qed ikun mira ta' vandaliżmu kontinwu.
Apparti dan, it-tabelli tass-sinjali fil-park se jkollhom jinbidlu kollha u dan minħabba vandaliżmu li sar fuqhom. L-għan hu li jsiru tabelli tas-sinjali li jkunu aktar b'saħħithom.
Apparti dan fost ix-xogħlijiet li saru fl-aħħar xhur kien hemm ukoll manutenzjoni tal-pajsaġġ fejn issa ġie deċiż li r-responsabbiltà tal-landscaping tibda taqa’ taħt il-Parks. Din id-deċiżjoni ħalliet il-frott mixtieq, u dan għax wieħed jista’ faċilment jara titjib konsiderevoli li sar minkejja n-nuqqas ta’ ħaddiema li hemm.
Għall-ewwel darba sar xogħol fuq bini ta’ faċilitajiet sanitarji xierqa li jaħsbu għal kulħadd, dan għaliex kien hemm nuqqas kbir ta’ faċilitajiet simili. Apparti mill-faċilitajiet għan-nisa, l-irġiel u t-tfal, issa hemm saħansitra kamra għal tal-apposta għat-trabi fejn wieħed jista’ jbiddel il-ħrieqi, kif ukoll faċilità sanitarja apposta għall-persuni b’diżabilità.
Ta' min jgħid li l-Gvern qed jikkunsidra attivament li jiddaħħlu faċilitajiet ġodda fil-Park mill-privat b’żieda ma’ dawk eżistenti li kienu, għadhom, u se jibqgħu jiġu offruti b’xejn.
minn inewsmalta.com

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home