Wednesday, April 13, 2016

€100 miljun f'taxxa tad-dħul
mill-ħaddiema barranin
     - il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali


Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali, il-Professur Josef Bonniċi, waqt li ppreżenta ir-rapport annwali tal-Bank Ċentrali ta' Malta, iddikjara li fejn jidħlu l-ħaddiema barranin f'Malta dawn qed iħallsu xejn inqas minn €100 miljun f'taxxa ta' dħul. Hu spjega li 10.1 fil-mija tal-ħaddiema li kienu qed jaħdmu f'Malta fis-sena 2014 kienu barranin.
Hu qal li dan il-fatt juri kemm hi flessibbli l-ekonomija Maltija.
Jirriżulta ukoll li kien hemm żieda sinifikanti fl-ammont ta' nisa li daħlu fid-dinja tax-xogħol u fil-fatt mis-sena 2008 'l hawn Malta kellha l-akbar żieda.  Din xorta iżda għadha aktar baxxa mir-rata tal-pajjiżi Ewropej.
Il-Gvernatur innota li r-rata aktar għolja ta' parteċipazzjoni qed issaħħaħ is-sostennibilità tal-pensjonijiet u ż-żieda tal-proporzjon ta' anzjani fil-popolazzjoni tibqa' kwistjoni li jistħoqqilha attenzjoni kontinwa.
Minn l-orizzont

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home