Friday, April 15, 2016

5,664 immigrant daħlu fl-Italja fl-aħħar tlett ijiem

Hekk kif fl-aħħar jiem ġew salvati aktar minn 4,000 immigrant li telqu mil-Libja lejn l-Ewropa, diversi uffiċjali tal-Organizazzjoni Internazzjonali għall-Immigrazzjoni (IOM) tkellmu ma' l-immigranti salvati u semgħu minn fommhom dak li għaddew. Spikkaw żewġ esperjenzi fejn żewġ muturi ta' dinghies ħadu n-nar b'xi persuni jispiċċaw l-baħar u tnejn spiċċaw għerqu. L-istess Organizazzjoni Internazzjonali għall-Immigrazzjoni (IOM) qed tgħid li sa issa mhux possibbli torbot iż-żieda fl-immigranti li telqu mil-Libja mal-fatt li ngħalqu r-rotot tal-immigranti fil-Balkani". L-Organizazzjoni Internazzjonali tal-Immigrazzjoni (IOM) qal li "hu rrappurtat li xejn inqas minn 177,207 immigrant daħlu fl-Ewropa fis-sena 2016.  Intqal li xejn inqas minn 5,664 immigrant daħlu fl-Italja fl-aħħar tlett ijiem.  L-aħħar grupp ta' immigranti li ddaħħlu l-Italja kien ta' 357  persuna u ddaħħlu f'Messina.  Dawn ġew salvati wara li telqu  mill-Eġittu.
Flavio di Giacomo, ir-rappreżentant ta' IOM f'Ruma qal li "kien hemm immigranti li spiċċaw bil-mutur tad-dinghi jisplodi. Sitt immigranti waqgħu fil-baħar u tnejn għerqu. Kien hemm seba' immigranti li għerqu fl-ibħra l-barra mit-Tuneżija." Intqal li ħafna mill-immigranti huma ġejjin minn pajjiżi tas-Sub Sahara fosthom mill-Eritrea.
Id-Direttur ta' IOM fil-Mediterran, Federico Soda, f'kumment li għadda qal li "għalissa ma tistax issir rabta bejn l-għeluq tar-rotot fil-Balkani u ż-żieda ta' immigranti mil-Libja. Il-maġġoranza tal-immigranti mil-Libja huma Afrikani u dawn kienu qed jużaw ir-rotot stabbiliti li kien hemm. Kien hemm biss ftit Sirjani li telqu il-Libja".  L-organizazzjoni qalet li waqt li kien hemm żieda ta' immigranti lejn l-Italja, dawk li daħlu l-Greċja naqsu".
minn inewsmalta.com

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home