Thursday, April 14, 2016

Petizzjoni biex l-HMS Illustrious titgħarraq f'Malta

Fost ħafna veterani tat-Tieni Gwerra Dinjija, l-HMS Illustrious iġġibilhom memorji ta' dak li għaddew minnu waqt fl-eqqel tal-gwerra.  Hekk kif fl-aħħar ġimgħat bdew pjani fir-Renju Unit biex din titgħarraq, inbdiet petizzjoni minn Malta biex din l-aircraft carrier li għandha rabtiet kbar ma' Malta, titgħarraq f'Malta. Il-petizzjoni tgħid li Malta jistħoqqilha li jkollha bastiment navali Ingliż mgħarraq hawn, fejn dan ikun jista' jservi ta' monument taħt il-baħar waqt li anke jgħin biex Malta tkompli tkun attrajenti għall-bugħaddasa.  Il-petizzjoni tgħid li din għandha tkun monument għal dawk kollha li mietu fil-gwerra.
Kienu diversi dawk li sa issa ffirmaw il-petizzjoni mir-Renju Unit u kkummentaw li jaqblu li tinġab hawn minħabba ir-rabta storika.
minn inewsmalta.com

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home