Serva fuq il-konvoj u għen biex tgħarraq il-Bismarck
Fil-ġimgħat li għaddew tħabbret il-mewt ta' wieħed mill-aħħar suldati Ingliżi li ta l-kontribut tiegħu fil-qilla tat-Tieni Gwerra Dinjija. William Herbert Millener kien protagonist fit-taqbida li l-bażi navali Ingliża kellha fl-opperazzjoni tal-għaraqa tal-aircraft carrier Ġermaniż, Bismarck. Millener, magħruf fost sħabu bħala Bert, kien ukoll wieħed mis-'salvaturi' li bis-sewwa u bid-dnewwa wassal il-Konvoj ta' Santa Marija fil-Port il-Kbir b'wiċċ il-ġid. Huwa miet fir-raħal żgħir ta' Fareham li jinsab fin-naħa ta' isfel tal-Ingilterra, fil-ġurnata li fiha kellu jagħlaq il-103 snin.Ilbieraħ tard filgħodu kienet imfakkra l-ħajja tas-suldati Ingliżi li ssalvagwardjaw il-gżejjer Maltin waqt l-attakki Nażisti u Faxxisti.
Il-15 ta' April hija data sinifikanti għall-poplu Malti kollu. Dan għaliex bħal-lum 74 sena l-qlubija Maltija kienet premjata bil-George Cross mir-Re George VI. Iċ-ċerimonja saret quddiem il-monument li jfakkar l-Assedju tat-Tieni Gwerra. Preżenti għaċ-ċerimonja kien hemm il-President ta' Malta Marie Louise Coleiro Preca, membri tal-Korpi Diplomatiċi u membri tal-Assoċjazzjoni tal-George Cross.
"Għerrqu l-Bismarck!" - L-ordni ta' Churchill lil Millener u sħabu
Wara li l-aircraft carrier Ġermaniż għerreq lill-'HMS Hood', wieħed mill-aqwa bastimenti Ingliżi, Churchill ordna li Bismarckijkun assedjat.
Kien assedju li beda fit-23 ta' Mejju u baqa' sejjer sas-27 ta' Mejju, b'diversi bastimenti u ajruplani Ingliżi tal-gwerra jieħdu sehem fl-operazzjoni tal-għarqa.
Madankollu kien il-bastiment HMS King George V, li kien fuqu Millener li għerreq il-qawwa tal-bastiment Ġermaniż fl-Oċean Atlantiku 27 ta' Mejju 1941.
Millener spjega kif il-mottiv tal-Ingliżi kien li jpattuha lill-Ġermaniżi. Fi kliemu, "ridna ngħerquh f'ġieħ The Hood". Millener kompla jgħid li l-irwol tiegħu fuq il-King George V kien speċifikament li jgħerreq lill-bastiment.
Il-bastiment Bismarck, li kien jiżen 41,700 tunnellata, ġie mmanifatturat fl-1936 f'Hamburg. Huwa beda jsalpa tliet snin wara fl-1939.
minn l-orizzont
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home