Sunday, April 17, 2016

Il-faċċati antiki tal-ħwienet fil-Belt qed ikomplu jgħibu

Sfortunatament aktar mhu jgħaddi żmien aktar qed ikomplu jgħibu darba għal dejjem faċċati antiki tal-injam ta' ħwienet fil-Belt Valletta. Matul l-aħħar xhur kien hemm diversi każi fejn ħwienet antiki spiċċaw inbidlitilhom il-faċċata.  Dan minkejja li kien hemm faċċati ta' ħwienet li snin ilu kienu ġew ukoll skedati.
inewsmalta.com tkellem ma' l-eks Direttur tal-Proġett għar-Rijabilitazzjoni tal-Belt Valletta, Ray Bondin.  Hu qalilna li "il-faċċati tal-ħwienet fil-Belt Valletta jridu jsiru skond linji gwida li saru mill-MEPA ħafna snin ilu u li kienu saru flimkien mal-Proġett għar-Rijabilitazzjoni tal-Belt Valletta, li dak iż-żmien kien imexxi minni.   Kien sar sforz kbir biex jitjiebu l-faċċati tal-ħwienet u li jintużaw materjali naturali bħall-injam, ġebel u irħam. Ma setgħax jintuża aluminju kulur id-deheb u fidda. Kien hemm kontroll fuq il-kobor tal-faċċati. Kien sar sforz biex tneħħew apparat tal-arja kundizzjonata, li kienu jidhru u sinjali li jisporġu il-barra. Kien sar sforz sabiex meta kien aċċetabli li jitbiddlu s-sinjali tal-injam is-sinjali il-qodma jinġabru u jingħataw lill-Proġett għar-Rijabilitazzjoni tal-Belt Valletta imma minn mindu tbattal il-maħżen li l-VRP kellu fil-Forti Sant Jiermu ma nafx x sar minnhom dawn is-sinjali".
Ray Bondin kompla jgħidilna li "numru sew ta faċċati ta' ħwienet speċjalment ta' l-injam, kienu ġew skedati mill-MEPA iżda minkejja dan l-iskeddar ħafna minn dawn il-faċċati tbiddlu xorta waħda."

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home