Sospiża d-deċiżjoni li jinqatel ħamiem f'Birkirkara…'imma xi ħaġa trid issir'
L-aħbar li bdiet tinxtered fuq is-siti soċjali li l-Kunsill Lokali ta' Birkirkara kien se joqtol għadd ta' ħamiem li kien hemm f'żona f'Birkirkara, u li dwaru kien hemm ilmenti kbar mir-residenti, wasslet biex kien hemm min ilmenta dwar din l-azzjoni. Fi kliem is-Sindku ta' Birkirkara, Joanne Debono Grech, l-azzjoni ġiet sospiża. Hi enfasizzat iżda li "xi ħaġa trid issir għax ir-residenti li qed ibatu minn dan il-ħamiem qed issirilhom ħsara fil-proprjetà". Is-Sindku spjegat li hemm ħafna minn dan il-ħamiem marid.
Jidher li l-kunsill kien ilu jipprova jsib tarf din il-problema ta'
ammont kbir ta' ħamiem. Filfatt kien inġab materjal li tqassam fid-dar
biex jitpoġġa fuq bjut u galleriji. Dan il-materjal, jidher qisu nar u
għalhekk suppost ibeżża l-ħamiem. Biss dan ma ħadimx.
Jidher li apparti Birkirkara hemm problema kbira fil-ħamiem f'Ħal Balzan fejn mhux eskluż li titteħed xi azzjoni hemm ukoll.
Ritratt: Ian Noel Pace
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home