Titressaq emenda mill-Gvern…
…Simon Busuttil l-aktar mexxej dgħajjef li kellu l-PN
- il-Ministru Owen Bonniċi
Il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici fl-intervent tiegħu ressaq emenda għall-mozzjoni, liema emenda titlob fiduċja fil-Gvern u ddeskriva lill-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil bħala l-aktar mexxej dgħajjef li qatt kellu l-Partit Nazzjonalista.
Il-Ministru Bonniċi qal li din hi mozzjoni serja u qal li mis-sena 1988 'l hawn, jiġifieri fi 28 sena kellna biss ħames mozzjonijiet ta' din ix-xorta u din hi s-sitt waħda. L-Oppożizzjoni kienet temmen li bi Gvern Laburista l-pajjiż kien se jmur għal bail out, iżda llum is-sitwazzjoni hi totalment bil-kontra għax il-pajjiż għaddej minn tkabbir ekonomiku u dan qed jgħiduh l-aġenziji internazzjonali.
"Fl-elf ġurnata u aktar li ilu jmexxi l-Oppożizzjoni, Simon Busuttil ħareġ bi ftit ideat, tant li tgħoddhom fuq id waħda", qal il-Ministru Bonniċi.
Hu qal li "Simon Busuttil hu l-aktar mexxej dgħajjef li qatt kellu l-Partit Nazzjonalista. Dan spiċċa qabad rotta li tagħmel ħsara lill-partit tiegħu u lil pajjiżna. Għandna id-dover li lill-Kap tal-Oppożizzjoni ma nħallux jagħmel ħsara lil pajjiżna. Jekk tgħaddi l-mozzjoni u jkun hawn Simin Busuttil, iwaqqaf il-programm ta' ċittadinanza b'investiment, jwaqqaf il-bini ta' università fin-nofsinhar, ma jwettaqx il-proġetti ta' sptarijiet ġodda u jwaqqaf il-politika ta' stabbilità fil-prezz tal-fjuwil għax qal li ma jaqbilx magħha. Dan iwaqqaf ir-rifużjoni fuq it-taxxa mħallsa żejda fir-reġistrazzjoni tal-karozzi fost oħrajn".
Iddikjara li "fuq il-kwistjoni tal-Panama iddiżappuntajna n-nies. Xi ħaġa li keinet legali, politikament mhux dejjem tkun għaqlija u ideali. Il-Prim Ministru meta jiġi biex jiddeċiedi se jimxi fuq il-fatti. Lil Kap tal-Oppożizzjoni ngħidu li hu għandu żewġ viċi kapijiet li tnejn ma mxewx b'mod onest. Wieħed meta kien ministru għamlulu €34,000 f'xogħlijiet u ftakar ħames snin wara li jrid iħallashom u l-ieħor bena palazz fuq art verġni u waqt li bena dan, faddal €1 miljun mix-xogħol ta' avukat."
Hu ippropona emenda għal mozzjoni li fost oħrajn tgħid li l-Gvern li rebaħ mandat bl-akbar ammont ta' voti mill-indipendenza 'l hawn u li dan għandu jitwettaq f'ġieħ l-għażla demokratika tal-poplu. Pajjiżna għandu tkabbir rekod ta' 6.3 fil-ekonomija, tnaqqis fil-faqr, pensjonijiet li qed jogħlew u li dan hu pajjiż li hu mmexxi minn gvern li ġab tkabbir ekonomiku u xogħol fil-gżira Għawdxija, li rreġistra rekord wara ieħor fit-turizmu u naqqas il-lista' ta' stennija u naqqas il-mediċini out of stock. L-emenda titla' li l-Kamra tesprima l-fiduċja fil-Gvern. L-emenda kienet sekondata mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin, George Vella.
minn inewsmalta.com
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home