Baraxx ta' insulti lill-Imġarrin għax temgħu lir-refuġjati
Kull min attenda l-ikla li ġiet organizzata fl-Imġarr għal persuni li jgħixu waħidhom u għal grupp ta' refuġjati li jgħixu f'pajjiżna, jgħidlek bl-atmosfera pożittiva li kien hemm. Hi x-xewqa ta' għadd kbir ta' Mġarrin li din l-inizjattiva tibqa' ssir kull sena fl-okkażjoni tal-festa.
Din l-ikla saret fuq inizjattiva tal-Kummissjoni
Djakonija bl-appoġġ kollu tal-Kappillan ħabrieki Dun Kalċidon Vassallo.
Imma l-ikel mogħti lir-refuġjati ma niżilx tajjeb ma' kulħadd. Minkejja
li ġew mitmugħa persuni bi status ta' ażil wara li ħarbu gwerer u
persekuzzjoni f'pajjiżhom, fuq is-siti soċjali kien hemm baraxx ta'
insulti, b'ħafna minnhom ikunu diretti lejn l-Imġarrin.
Fost dawk li kkummentaw kien hemm Jo Meli li ddeskriva
lil dawk li organizzaw l-ikla bħala 'ċwieċ'. Hu kiteb saħansitra li,
“Daqshekk mort l-Imġarr.”
Mona Borg kitbet li, "Lir-refuġjati jagħtu. Ara veru
l-Maltin lagħqin.” Clive Grech kiteb li, "Il-Malti dejjem lagħqi
tal-barrani. Mur pajjiżhom ħa jitimgħuk." Christ Colombo kien tal-fehma
li, "Aħna nsara rridu nidhru hux mal-barranin. Ara mal-Malti le. Kiluna u
ma nafux.”
Gino Cutajar Forte kkummenta li, "Il-Malti ħanin
mal-barrani. Qatt ma jitgħallem”, filwaqt li Malcolm Seychell iddeskriva
lil dawk li offrew l-ikla bħala 'ħmir'.
Trudy Vella qalet, “X'ma jiġux bi ħġarhom”, filwaqt li
Diana Meli staqsiet, “Għax ma marrux jagħtu l-ħwejjeġ lit-tfal
fl-istituti jew jibagħtu ikel fid-djar fejn hemm nisa msawta?”
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home