Friday, August 19, 2016




"Le ma rajtx ħażin...gamiem f'Awwissu"


Matul din il-gimgħa  f'mixja għal kwiet filgħaxija fil-Buskett, wieħed seta' jara ammont ta' gamiem. Kien hemm min ħaseb li hu tal-post wara l-passa tar-Rebbiegħa. Imma l-ammonti ta' gamiem ma' kinux waħdiet. Kien hemm ammont sew.  

Sar magħruf li dak il-gamiem, mhu tal-passa xejn. Kienet inizjattiva ta' grupp ta' kaċċaturi li ddeċidew li jitilqu ammont ta' gamiem fil-Buskett.  Kienu diversi dawk il-kaċċaturi li marru fuq il-post jarawh itir.


Imma d-diżappunt fost dan l-grupp ta' kaċċaturi kien il-fatt li minkejja li ħadu din l-inizjattiva u telqu dan it-tajr biex jitgawda minn kulħadd, kien hemm min qalilhom li dan ma jistax isir u jekk ikun magħruf min telqu jittella' l-Qorti.  

Kaċċatur anzjan qal lil inewsmalta.com li "nixtiequ nkunu nafu b'mod uffiċjali jekk dan hux minnu?  Veru li ma tistax titlaq tajr? X'inhi r-raġuni?  Jew dak li jsir mill-kaċċaturi issa qisu sar kollu ħażin?".

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home