Thursday, August 18, 2016

L-Imġarrin jagħtu l-ikel biex jitimgħu refuġjati u persuni waħidhom


Fl-aħħar jiem għadd ta' parruċċani fl-Imġarr daħlu b'ruħhom u ġisimhom għal inizjattiva biex grupp ta' refuġjati u persuni li jgħixu waħidhom jingħataw ikla fl-okkażjoni tal-festa ta' Santa Marija li tkun ċelebrata l-Ħadd li ġej. Spikkat il-qalb tad-deheb tal-Imġarrin, fejn dawn taw l-ikel kollu bla ħlas għal din l-ikla.


F'kumment lil inewsmalta.com, il-Kappillan tal-Imġarr Dun Kalcidon Vassallo qalilna li "kienet ikla li fiha ħadu sehem madwar 25 persuna li jgħixu waħidhom fl-Imġarr u madwar 30 refuġjat li ġew minn Ħal Balzan. Kienet inizjattiva sabiħa ħafna u ħadet ħsieb kollox il-Kummissjoni Djakonija".


0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home