Riċerka tgħid li l-qiegħ fl-Ilvant tal-baħar Mediterran għandu 340 miljun sena
Riċerka li saret minn Dr Roi Granot, li ġiet ippubblikata fin-Nature Geoscience li eventwalment ġiet ippubblikata ukoll fis-Science Daily, ikkonkludiet li fl-Ilvant tal-Baħar Mediterran hemm l-eqdem qiegħ il-baħar. Ġie konkluż li dan il-baħar għandu mat-340 miljun sena u għalhekk huwa qadim ferm aktar minn dak li kien maħsub.
Dr Granot, li huwa riċerkatur fl-Universita Ben-Gurion fid-Dipartiment tal-Ġeoloġija u tal-Istudji Ambjenatali, ikkonkluda li l-qiegħ ta' dan il-baħar għandu karatteristiċi uniċi, u huma differenti mill-bqija. Infatti huwa stmat li l-maġġor parti tal-bqija tal-qiegħ tal-baħaar ilu li fforma madwar 200 miljun sena. Jirriżulta li dawn hekk imsejħa 'magnetic stripes' huma differenti u jagħtu indikazzjoni f'liema żmien kienu ġew iffurmati. “Għaldaqstant ir-riċerka li għamilna permezz ta' dik li tissejjaħ 'magnetic data' tagħti indikazzjoni fl-evoluzzjoni tar-reġjun u anke meta ġie ffurmat” tenna Dr Granot.
Minn din ir-riċerka kien ħareġ li l-qiegħ tal-baħar li jinsab f'din il-parti tal-Mediterran, magħrufa bħala Herodotus Basin, għandu mat-340 miljun sena. Madankollu Dr Granot spjega li din iż-żona partikolari hija miksija b'sediment. Għaldaqstant xorta ma setgħax jiġi konkluż kemm eżattament huwa qadim il-qiegħ tal-baħar f'din iż-żona. Iżda wara din ir-riċerka li saret Dr Granto tenna li dan il-qiegħ tal-baħar, jista jkun parti minn baħar li kien jeżisti ħafna żmien ilu. Dan il-baħar, li huwa msejjaħ l-Oċejan Tethys, eżista qabel l-Oċejan Atlantiku u dak Indjan. Jekk dan huwa korrett, ikun ifisser dan l-imsemmi Oċejan ifforma ferm qabel ma kien maħsub.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home