Il-forti tas-Salvatur f'telqa kbira...żvelati ritratti minn ġewwa
Wieħed mill-fortifikazzjonijiet li jdawwru l-Kottonera hu l-forti Salvatur, li jinsab eżattament fid-daħla tal-Kalkara. Fortizza li dawra madwarha minn barra tara li tinsab fi stat ħażin ħafna. Fl-aħħar sigħat is-sit Malta in Decay ippubblika ritratti minn ġewwa ta' dan il-forti.Mir-ritratti wieħed jista' jara għadd kbir ta' planki tal-konkos, strutturi oħra tal-konkos li nbnew u li mhux kompatibbli ma' dan il-forti flimkien ma' sinjali ta' degradazzjoni fl-istess forti.
Persuna li għandu għal qalbu l-wirt storiku tal-Kottonera f'kuntatt ma' inewsmalta.com, qalilna li "naf li kemm il-darba tqajjmet il-kwistjoni mal-awtoritajiet dwar dan il-forti u l-istat li jinsab fih. Kien jissemma' li dan kien ingħatat għal perjodu ta' żmien lil kumpanija privata tal-konkrit. Minn dak pubblikat qed naraw issa li l-forti xejn ma jinsab fi stat tajjeb. Nittamaw li tinstab soluzzjoni u dan il-forti jingħata r-restawr li jixraqlu".
Kien fis-sena 1724 meta il-Gran Mastru Manoel de Vilhena kien ta ordni li jinbena forti ġdid fl-inħawi tad-daħla tal-Kalkara. L-għan tal-forti kien biex joffri kenn lill-Birgu u jagħti protezzjoni minn fuq il-Port il-Kbir.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home