Tuesday, August 16, 2016





It-tniggis mal-kosta f'Buġibba: Sorsi qrib l-irziezet tat-tonn jiċħdu li kienu huma

Wara li l-Ħadd li għadda diversi għawwiema lmentaw minn tniġġis fil-kosta ta' Buġibba, sorsi qrib l-irziezet tat-tonn, meta kkuntattjati minn inewsmalta.com, qalulna li huma m'għandhomx x'jaqsmu ma' dak it-tniġġis. L-istess sorsi qalulna li f'Awwissu ta' sentejn ilu kien hemm materjal simili li ddaħħal u dakinhar kien intqal li se ssir investigazzjoni. 

Dakinhar inewsmalta.com kien ma' sid ta' razzett tat-tonn u hu kien qalilna li għadhom lanqas biss bdew joqtlu t-tonn. “Fadlilna tliet ġimgħat oħra biex nagħmlu dan. Dak li kien hemm aħna m'għandniex x'naqsmu miegħu. Kull ma jinstab max-xatt jeħlu tal-irziezet tat-tonn. F'San Pawl il-Baħar hemm 400 dgħajsa, hemm ħafna oħrajn jistadu għat-tonn u meta jaqbduh jaqtgħulu rasu u denbu u jitfgħuh il-baħar. Biss m'għandniex neħlu aħna għal dan,” qalilna l-istess sid.

Aktar kmieni, għadd ta' għawwiema li marru jgħumu f'żona partikolari f'Buġibba, kienu diżappuntati għall-aħħar u dan hekk kif medda mdaqqsa ta' baħar kien imniġġes minn ragħwa u likwidu b'irwejjaħ insapportabbli.

Wieħed mill-għawwiema meta kkummenta ma' inewsmalta.com qalilna li "niġu hawn il-Ħadd u nsibu dan it-tniġġis. It-tniġġis kien jikkonsisti f'ragħwa u b'irwejjaħ qawwijin ħafna. Jekk jaqbad miegħek bil-mod biex tneħħih. Nittamaw li tittieħed azzjoni u ssir investigazzjonijiet biex ikun magħruf minn fejn qed joriġina dan it-tniġġis, għalkemm hawn min qed jippunta subgħajh lejn l-irziezet tat-tonn".

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home