Tuesday, August 16, 2016

Fekruna meħlusa minn xlief li kien qed jifgaha

Grupp ta' persuni li kienu qegħdin igawdu l-baħar permezz ta' dgħajsa iltaqgħu ma' xena li xejn mhi komuni. Sabu fekruna f'wiċċ il-baħar li kienet qed tifga minħabba xlief li kellha mdawwar magħha. 

Ix-xlief qabad sew magħha tant li ħallielha diversi marki. Dan il-grupp ta' persuni li huma wkoll kaċċaturi, qabdu l-fekruna u b'mod galbat neħħewlha x-xlief minn ma' għonqha u reġgħu telquha fil-baħar. Il-fekruna nstabet fl-inħawi magħrufa bħala "il-Ħofriet" f'Delimara.

0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home