Il-proċess tat-twaqqigħ tal-binja tal-Jerma miexi sew
Fl-aħħar jiem komplew l-abbużi fis-sit ta' fejn kien hemm il-lukanda Jerma fejn minkejja li s-sit hu magħluq persuni rresponsabbli qed jidħlu f'dan il-bini li f'xi żoni hu perikoluż. Fl-aħħar jiem inewsmalta.com xandret ritratt ta' żgħażagħ fuq parti tal-lukanda.
Mistoqsi dwar is-sitwazzjoni ta' din il-binja, is-Sindku ta' Wied il-Għajn, Mario Calleja, qalilna li, "aħna konna ħriġna komunikat għall-istampa u għedna li kellha taqa'. Wara jien kont ikkomunikajt mal-iżviluppaturi u dawn tawni x'nifhem li l-proċess marbut mal-iżvilupp tas-sit miexi ġmielu. Tawni x'nifhem li l-lukanda se taqa', li flokha se jkun hemm boutique hotel, pixxina kbira, promenad ġdid u fuq kollox bajja bir-ramel. Dan hu dak li qaluli l-iżviluppaturi". Mario Calleja qalilna wkoll li "l-iżviluppaturi qaluli li l-iżvilupp ġdid li se jsir mhux se jkun qed jgħatti t-torri li hemm fil-viċin u mhux se jkun ta' ostaklu għall-vilel."
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home