Thursday, August 18, 2016

Munzell kartun u skart ieħor ilu ġimgħa fi triq f'Buġibba

Is-sit inewsmalta.com issa ilu jiem jippubblika stejjer dwar l-istat ta' ndafa f'Buġibba. Minkejja l-isforzi li jsiru biex il-lokalità tinżamm fi stat aċċettabbli, ta' kuljum qed jibqa' jkun hemm żoni li litteralment ikunu miżbla sħiħa u jagħmlu hekk ammont ta' sigħat ħafna drabi sal-għada filgħodu sakemm jerġgħa jgħaddi s-servizz tal-ġbir tal-iskart.


Imma fi triq partikolari  jidher li l-kwistjoni eskalat ferm aktar. Dan għax munzell kbir ta' kartun, ġablow u skart ieħor ilu ġimgħa jinġema' f'din it-triq. Saru diversi rapporti, fejn jidher li anke ġew infurmati l-Pulizija u l-Kunsill Lokali. Il-kunsillier Laburista Alfred Grima daħal fil-kwistjoni wkoll.

Biss l-iskart mhux talli ma nġabarx talli baqa' jakkumula jum wara jum. Dan meta huwa fatt magħruf li hemm provi ċari ta' minn fejn qed joħroġ dan l-iskart.
Dan ilu mit-13 ta' Awwissu jinġabar f'din il-parti u sal-lum għadu ma nġabarx.

Jason Ciappara, resident fiż-żona, esprima r-rabja tiegħu għal dawn in-nuqqasijiet u għal din il-miżbla ta' skart fejn minkejja li lmenta għal diversi drabi baqa' ma sar xejn.


0 Comments:

Post a Comment

Subscribe to Post Comments [Atom]

<< Home