Iż-żiemel reġa' ttieħed jgħum qrib żona għall-għawwiema
Wara li ftit tal-jiem ilu inewsmalta.com irrapporta kif żiemel kien qed jittieħed jgħum ħdejn żona tal-għawm f'San Pawl il-Baħar, fejn kien qed jitħalla hemm għal xejn inqas minn tliet sigħat, issa fl-aħħar jiem dan iż-żiemel reġa' ttieħed fl-istess żona. Din id-darba iżda l-biċċa xogħol saret b'mod mgħaġġel u ż-żiemel dam biss ftit minuti u ttella' malajr. Dan qed isir minkejja li fuq il-post hemm tabella li qed tgħid b'mod ċar u tond li ż-żwiemel ma jistgħux jitniżżlu jgħumu f'dak is-sit. Daqs sitt metri biss minn fejn kien qed jgħum iż-żwiemel hemm iż-żona għall-għawwiema.
0 Comments:
Post a Comment
Subscribe to Post Comments [Atom]
<< Home